Cry Wulff
Il-moralita’ politika ta’ pajjiz tgharafha mill-politici taghha. Dan la-ahhar ghadu kemm gie ippubblikat rapport Istituzzjoni internazzjonali dwar il-percezzjoni tal-korruzzjoni fid-diversi pajjizi tal-Unjoni Ewropeja. Ghalija ma kienet sorpriza xejn li Malta qeghdha fuq quddiem nett f’din percezzjoni. Anzi kont inkun sorpriz kieku ma kientx.
L-ewropa hija maqsuma bejn dawk li huma sensittivi ghalll-korruzzjoni u dawk li ma humiex. L-situsjuz Ferdinand braudel kien ghamel osservazzjoni f’dan ir-rigward. Li f’dawk il-pajjizi fejn hemm il-kattolicismu t-tolleranza ghall-korruzzjoni hafna akbar minn fejn hem mil-protestantismu. Il-kultura protestanta hija hafna aktar sensittiva ghall-agir korrett fil-politika.
Fil-pajjizi fejn ma hemmx din il-kultura, il-politika issir minn wara l-hitan u l-korruzzjoni hija kwazi folklore tl-pajjiz. Fil-pajjizi li jissejjhu meditterranji, il-korruzzjoni rari tkun kwistjoni elettorali kbira. Malta ma hiex eccezzjoni ghal din it-tip ta’kultura. Il-poplu jiskandalizza ruhu, izda ma hiex haga determinanti elettoralment. Il-politici f’dawn il-pajjizi konxji hafna ta’ dan l-istat, ghalhekk huma aktar imkahhlin mal-poter u iibqghu fejn ikunu, minkejja kull suspett jew xamma ta’ korruzzjoni li jkun hemm dwarhom.
F’dawk il-pajjizi fejn l-inqas suspett iwassal ghall-rizenja ta’ politiku, fil-pajjizi fejn ghandek tradizzjoni kattolika fis-sistema politika tal-pajjiz, qiesu ebda haga ma twassal ghal rizenja. Ghalhekk ma hiex accidentali li fejn l-aktar hemm krizijiet ekonoimici serji huma f’dawk il-pajjizi ta’ madwar il-Meditterran jew ghandhom kultura kattolika. Dan ma ghandhom x’jaqsam xejn mar-religjon, izda ma’ sistema u attitudni politika
Ghadu kemm irrizenja il-President tal-Germanja Christian Wulff. Dan huwa habib kbir ta’ Angela merkel. Kienet daqqa ta’ harta kbira ghal Kanciller Germaniz ghax ir-rizenja tieghu giet f’mument ta’ krizi ekonomika kbira. Kellu jirrizenja ghaliex qabel ma kien mahtur fil-kariga ta’ President ha self suspettuz minghand xi negozjanti u anke gawda xi perkacci, jew kif maghrufa “freebies”. Ma kienx hemm diskussjon, kellu jitlaq.
L-argument principali ghar-rizenja rieghu kien li huwa jirrpresenta il-moralita’ tal-pajjiz u ma kienx sewwa li b’dawn is-usupetti jibqa’ f’kariga bhal din. Hu qieghed jinsisti li ma ghamel xejn hazin izda xorta hass li postu ma kienx aktar fil-politika. Ma qaghadx iwehhel f’hadd iehor. Ma ghamel l-ebda libel. Qabad u telaq , anke jekk jemmen li huwa innocenti. Il-karigi politici ma humiex hemm ghall-individwi izda ghall-ahajr servizz tal-poplu.
F’malta ghandna sitwazzjonijiet simili jew paragonabbli u xorta baqa’ ma gara xejn . Kieku l-Ministru Tonio Fenech, li jirrapresenta il-moralita’ fiskali, kien Ministru l-Germanja ma ghandi ebda dubbju li kien ikollu ghalfejn jirrizenja anke jekk jemmen li huwa innocenti. Il-kaz tal-ahwa Monetbello ser jibqa’ mazzra m’ghonqu, izda mazra li ma tgherrqux. Jibqa’ hemm fil-kariga minkejja kollox. Il-Prim Ministru kieku qatt lissen kelma fuq dan il-kaz, talinqas biex jiddefendih.
Immaginaw kieku is-segretarju tieghu f’Qorti Germaniza qal li kien jircievi flus mingand kummercjanti ghall-kampanja tal-Ministru x’kien jigri. Anke jekk wara ibiddel il-verzjoni tieghu u ighid li hadhom ghalih. Immaginaw x’kien jigri kieku Charles Magro kien il-Germanja u jallega li l-Ministru tal-finanzi ha 10,000 ewro minaghd zewg negozjanti biex seta’ jirranga daru. Il-Ministru jibqa’ ma jaghmel ebda proceduri kontra Charles Magro. Tahsbu li kieku Tonio Fenech kien f’Berlin flok fil-Belt Valletta ghadu fejn hu !
Imma kif ighid dak is-sit elettroniku “only in Malta”, f’Malta mhux flimkien kollox possibbli izda xejnma hu impossibbli. Ftit tax-xhur ilu, ghal darba ohra fil-Germanja, politiku kellu jirrezenja ghaliex hareg fil-berah li kien ikkoppja partijiet mit-tezi tieghu. F’malta ghandna il-Whip tal-grupp Parlamentari jinqabad in flagrante jikkoppja waqt ezami u qiesu ma gara xejn . Jitlob apoligija u l-bicca tieqaf hemm qiesu ma gara xejn. Anzi jibqa’ jerasq fuq programmi fil-media u sahansitra jippontifika fuq x’inhu korrett.
Dawn hwejjeg li jigru f’dawk il-pajjizi fjen is-sistemi politici fallew. Jekk pajjizna ser jibqa’ insensittiv ghal dawn l-affarijiet huwa destinat li jfalli ukoll. Il-korruzzjoni hija susa li tiekol minn gewwa fina anke jekk ma inhossuwiex qribna daqs l-impeigi u l-edukazzjoni ta’ uliedna.
Hija haga tajba li inkunu korretti mal-Kunsilliera li jizbaljaw, izda l-ewwel ezempju jridu jaghtuh il-politici li qeghdin fil-Gvern. Tajna wisq ezempju hazin biex nippretendu li minn hu izghar minnha meta jizbalja jrid ipatti ghal dak l-izbal.
Il-ligi qeghdha hemm ghal kulhadd u mhux gha xi uhud, ghax ftit ftit ser nispiccaw fir-razzett tal-annimali ta’ George Orwell
