GonziPN qed jikkompara x-xita man-nida
Is-sistema GonziPN ma ħaditx pjaċir li l-Partit Laburista qed jipproponi proġetti fattibbli għar-residenti ta’ Housing Estates madwar Malta u Għawdex.
Fl-istqarrija ta’ GonziPN – li b’mod stramb ħarġet mill-Ministeru tal-Ġustizzja u mhux mill-Ministeru inkarigat mill-Kunsilli Lokali – jingħad li ngħatat skema mill-Awtorità tad-Djar għall-Housing Estates.
GonziPN qed iqabbel ix-xita man-nida meta jqabbel dak li qed jipproponi l-Partit Laburista ma’ dak li għamlet l-Awtorità tad-Djar.
Dan juri kif is-sistema GonziPN ma fehmet xejn mill-proposta ta’ Joseph Muscat li jagħmel proġett ħafna ikbar minn sempliċi skema tal-awtorità li qed issir tard wisq u tagħti ftit wisq lir-residenti tal-Housing Estates f’Malta u Għawdex. Dak li offra GonziPN huwa l-minimu indispensabbli. Dak li qed joffri Joseph Muscat hija qabża fil-kwalita’ tal-ħajja għall-familji li jgħixu fil-Housing Estates.
Illum ukoll il-Prim Ministru kompla jikkonferma l-politika tal-passat tieghu meta qal li l-Wi-Fi Internet jeżisti fil-lokalitajiet. Il-Partit Laburista kommess li jkompli jifrex il-Wi-Fi fil-postijiet pubbliċi u dan għandu jkun xi ħaġa li GonziPN tilqa’ u mhux tmaqdar. Din hija l-politika tal-passat li jaf joffri biss GonziPN u l-klikka tieghu.
