Htiega ta’ligi serja dwar il-Gwardjani tal-Persuni b’Dizabilita`

Waqt il-Kumitat Parlamentari dwar il-kunsiderazzjoni ta’Abbozzi tal-Ligijiet, in-naha tal- gvern bl-aktar mod arroganti riedet tipprezenta emenda fil-forma ta’ ftit artikoli sabiex jigi introdott il-kuncett tal-gwardjan ghall-persuni b’dizabilta` f’ ligi ohra minflok tipprezenta ligi shiha adegwata kif ilu jigi mwieghed.  

Il-Ministru Said ammetta li dawn l-artikoli kienu biss intizi biex jintroducu l-kuncett u li kien hemm il-htiega ta’ regolamenti li izda ma gewx ipprezentati.

Il-Partit Laburista ma jistax jaccetta li jsir dan it-tip ta’ window dressing fejn minflok tiddahhal ligi serja b’ konsultazzjoni, issir zjieda ta’ malajr minn wara dahar kulhadd.

Bhala rapprezentanti tal-PL fuq dan il-Kumitat, u li ghandna ghal qalbna l-persuni b’dizabilta` u d-drittijiet u d-dinjita` taghhom, hassejna li dan ma kienx mod korrett ta’ kif isiru l-affarijiet.  Irridu ligi li verament tixraq lill-persuni b’ dizabilta` u ligi li taqdi l htigijiet u l-bzonnijiet, kemm taghhom kif ukoll tal-familji taghhom.

Il-gvern ta’GonziPN ilu ghaxar snin iwieghed din il-ligi u qed jippretendi li jonora l-weghda bi ftit artikoli ta’ malajr li wahedhom m’ humiex b’ sahhithom bizzejjed u li l-Ministru Said stess ammetta li ma jregux wahedhom.

Il-PL jishaq li ghandu jkun hemm diskussjoni fil-Parlament u anke konsultazzjoni wiesgha u miftuha mall-ghaqdiet u persuni interessati biex kulhadd ikollu l-opportunita` li jippartecipa fid-diskussjoni dwar il-kuncett fundamentali tal-guardianship, li ahna naqblu mieghu.  

Minflok il-gvern ta’GonziPN irid johnoq id-diskussjoni u ma jridx jaghti vuci lil min ghandu interess f’din il-ligi li fuq kollox trid tkun ligi li tithaddem b’serjeta` u mhux tkun biss iddahhlet fuq il-karta kif irid jaghmel ta’malajr minghajr konsultazzjoni u diskussjoni xierqa l-Gvern ta’GonziPN.

Il-PL lest jahdem mall-gvern halli pajjizna jkollu ligi serja u adegwata dwar il-Gwardjani ghal Persuni b’Dizabilita`, li ssir flimkien mall-persuni b’ dizabilita’, familji taghhom u ghaqdiet, u mhux minn wara daharhom.

Carmelo Abela
Kelliemi Ewlieni Laburista ghal Politika Socjali


Dr Justyne Caruana
Kelliem ghall-Familji, Tfal u Persuni b’Dizabiltà