Konferma li ghalkemm il-Mepa issa qeghda f'idejn Mario DeMarco l-istrategija tal-istess Mepa ser tibqa f'idejh
Dak li kienu ilhom jissuspettaw hafna nies gie kkonfermat fil-Parlament mill-Prim Ministru nnifsu meta fi twegiba ghall mistoqsija parlamentari mid-deputat Nazzjonalista Jesmond Mugliett iddikjara car u tond minghajr tlaqlieq li filwaqt li il-MEPA issa qeghda f'idejn il-Ministru Demarco l-istrategija tal-MEPA ser tibqa fidejn Dr Gonzi nnifsu. Dan bl-iskuza li l-Policy Advisory Unit fl-Ufficcju tal-Prim Ministru jinkludi oqsma u setturi ohrajn wkoll.
Kliem il-Prim Ministru ma setghax kien aktar car milli kien. Aktar u aktar, meta huwa ddikjara li il-Policy Advisory Unit ser jibqa dak li kien, f'tali mod li kull bidliet li jista' jkun hemm fil-portfolios Ministerjali tal-Gvern ma jaffettwawx l-operat tieghu.
Din hija konferma ohra kif minkejja il-hafna kliem sabih il-kontroll politiku fil-qasam tal-istrategija tal-MEPA kien ghadu u ser jibqa f'idejn il-klikka li taht Lawrence Gonzi thalliet bil barka tieghu tahkem Kastilja.
Leo Brincat
Kelliem Ewlieni ghall-Ambjent, Zvilupp Sostenibbli u Tibdil tal-Klima
