L-Awtorita tad-Djar tfalli fl-introduzzjoni ta' L-Assocjazzjonijiet tar-residenti fil-Housing Estates. Minkejja li l-gvern fis-snin li ghaddew zarma t-taqsima tal-Bini u l-manutenzjoni tad-Djar fi hdan l-Awtorita' tad-Djar sal-lum l-awtorita' falliet

Minkejja li l-gvern fis-snin li ghaddew zarma t-taqsima tal-Bini u l-manutenzjoni tad-Djar fi hdan l-Awtorita' tad-Djar sal-lum l-awtorita' falliet fl-introduzzjoni ta' l-Assocjazzjonijiet tar-Residenti fi hdan il-blokki tal-Gvern.
 
Il-maggor parti tal-Blokki fl-oqsma tad-Djar tal-Gvern sal-lum ghad m'ghandhomx Assocjazzjoni tar-Residenti. Dan qed iwassal ghal tentattivi iddisprati minn naha tat-tmexxija ta' l-Awtorita' biex iheggu lin-nies jiehdu l-inizzjattiva huma meta matul dawn l-ahhar xhur l-Awtorita' stess halliet fi stat ta' telqa l-areas tal-Housing Estate u mponiet hlasijiet li jridu jingarru mill-familji fejn ikun hemm talbiet ghaz-zamma tal-manutenzjoni jew xoghol li jrid isir mill-haddiema tal-Gvern.
 
Minkejja li l-Assocjazzjonijiet tar-Residenti suppost li ilhom imwaqqfa bil-ligi, il-falliment ta' l-Awtorita` wassal ghal nuqqas ta' nteress mill-familji li ma sabux kooperazzjoni mill-Awtorita' tad-Djar stess li hija s-sid ta' hafna mill-appartamenti tal-Gvern.
 
Biex il-Gvern jipprova jsolvi din il-problema qed jissugerrixxi numru ta' proposti internament li jindikaw b'mod car l-immanigjar fi krizi li tezisti f'dan il-qasam.
 
Ufficjali ta' l-Awtorita' sahansitra ssuggerew li ma jilqghux il-kirjiet tar-residenti nfushom sakemm dawn ma jifformawx parti minn Assocjazzjoni tar-Residenti minn jeddhom. Din il-proposta mhux biss se tkompli tohloq dizgwid mar-residenti izda se twassal ghal disinteress qawwi mill-familji affetwati meta l-assocjazzjonijiet ghandhom iservu ta' mezz u ghajnuna ghalihom stess. Fi hdan l-istess Bord ta' l-Awtorita' kien anke suggerit li jaghtu allowance lil min jiehu l-inizzjattiva u jwaqqaf l-Assocjazzjoni huwa stess.
 
Dan kollu juri bic-car li l-politika tal-Gvern fil-qasam tal-Akkomodazzjoni socjali qed tkompli tonqos milli tindirizza l-problemi ta' dawn l-areas filwaqt li hafna mill-familji qed ihossuhom abbandunati mill-Awtorita' innifisha. 
Il-krizi fil-qasam ta' l-akkomodazzjoni socjali mhux biss qed tinhass fost il-familji li ilhom fuq il-waiting lists ghal dawn l-ahhar snin izda anke min ilu jghix f'qasam tad-Djar tal-Gvern.


Roderick Galdes
Kelliem Laburista ghall-Ippjanar, Zvilupp Urban, Kostruzzjoni u Housing