Joseph Muscat - Profil

 

Joseph Muscat kien elett Mexxej tal-Partit Laburista fis-6 Gunju tal-2008 u ha l-gurament ta’ Kap tal-Oppozizzjoni fl-1 ta’ Ottubru tal-istess sena.

Fl-ewwel diskors tieghu bhala Mexxej tal-Partit Laburista wieghed li jghaqqad lill-Partit Laburista filwaqt li jwettaq bidliet necessarji biex jaghmel mill-partit il-bazi li fuqu jinbena Moviment li jigbor flimkien lill-Progressivi u Moderati f’pajjizna.

Fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’ Gunju 2009, huwa mexxa lill-Partit Laburista ghall-ikbar rebha elettorali minn xi partit mill-Indipendenza lil hawn, b’maggoranza ta’ 55%.

Fiz-zmien li ilu mexxej biddel il-mod ta’ kif jitmexxa l-Partit Laburista fl-istrutturi interni, kif ukoll ta hafna iktar sahha lill-membri tal-partit permezz ta’ statut gdid.

Fil-politika Nazzjonali, Joseph Muscat sahhah l-irwol tal-Parlament u wassal biex permezz ta’ azzjonijiet Parlamentari sodi jigu difizi d-drittijiet tal-Maltin u l-Ghawdxin.

Bi stil gdid ta’ politika, Joseph Muscat dahhal il-kuncett ta’ partit f’ oppozizzjoni li ma jkunx wiehed li jikkritika biss, izda anke li jipproponi.

Fil-Konferenza Generali ta’ Frar 2010, il-Partit Laburista laqa’ unanimament mozzjoni programmatika mressqa minn Joseph Muscat, li b’mod formali wessghet lill-partit biex sar il-bazi tal-moviment tal-progressivi u moderati.

 

Membru Parlamentari Ewropew

Joseph Muscat gie elett fil-Parlament Ewropew f’ isem il-Partit Laburista Malti fl-ewwel Elezzjonijiet Ewropej li saru f’ Malta f’ Gunju 2004. Huwa kien l-ewwel kandidat Laburista li gie elett f’ din il-kariga, u sal-lum huwa l-aktar kandidat Laburista li qatt kiseb voti.

Fil-Parlament Ewropew, kien membru tal-Kumitat ghall-Ekonomija u Affarijiet Monetarji, il-Kumitat ghas-Suq Intern u Protezzjoni tal-Konsumatur. Fl-2007, kien gie elett Vici President tal-Kumitat ghall-Ekonomija u Affarijiet Monetarji tal-Parlament Ewropew, biex sar l-ewwel Malti elett f' kariga simili.

Fil-Parlament Ewropew, kellu l-inkarigu ta’rapporti importanti hafna bhal dak dwar il-kontijiet tat-telefon cellulari (roaming) kif ukoll rapport dwar il-bejgh u xiri tal-banek.

Joseph Muscat  kiseb rizultati konkreti fil-hidma tieghu fil-Parlament Ewropew, l-aktar fil-protezzjoni tal-konsumaturi bhal fil-kaz tat-tnehhija tat-taxxa fuq id-dixxijiet tas-satelliti, d-dritt li konsumaturi jaraw avvenimenti sportivi ewlenin minghajr hlas, u soluzzjoni ghal kwistjoni tar-registrazzjoni tal-medicini.

Huwa kien involut hafna ukoll fil-protezzjoni ta' l-ambjent, f' kazijiet bhal dak ta' l-incineratur ta' l-Isptar San Luqa, il-Power Stations tal-Marsa u Delimara, l-Impjant tar-Riciklagg ta' Sant' Antnin u biex art naturali ma tigix transformata f’Korsa tal-Golf f’Ghajn Tuffieha .Kien strumentali ukoll biex ghen lil hafna Kunsilli Lokali u Ghaqdiet Mhux Governativi biex jiksbu fondi Ewropej f’diversi progetti.

Hadem ukoll fil-qasam tad-drittijiet tal-haddiema billi zgura protezzjoni ghad-drittijiet tal-haddiema fid-Direttiva tas-Servizzi, u ha diversi inizjattivi dwar is-sahha u sigurta' f' postijiet tax-xoghol f' diversi fabbriki f' Malta u Ghawdex.Joseph kien strumentali biex gew salvati l-postijiet tax-xoghol tal-haddiema tax-xatt.

Mil-lat socjali, Joseph Muscat kien involut fl-Intergrupp Parlamentari dwar id-Dizabilita'.

 

Il-bidu tal-karriera

Joseph Muscat beda l-involviment tieghu fil-politika meta fl-1994 kien wiehed mill-izghar membri li qatt gie elett fl-Ezekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista.  Huwa kien ukoll involut fil-Forum Zghazagh Laburisti (FZL) bhala Segretarju Finanzjarju, Deputat Chairperson u Agent Chairperson, filwaqt li kien jaghti sehmu fil-mezzi tax-xandir tal-Partit Laburista.   Fl-2001 kien elett bhala Segretarju Edukattiv tal-Partit Laburista, kariga li zamm ghal tliet snin.

Bejn l-1997 u 1998 huwa ha fl-implimentazzjoni tal-istrategija industrijali tal-Gvern Laburista. Huwa kien parti mill-grupp li waqqaf l-Istitut ghall-Promozzjoni tal-Intraprizi z-Zghar (IPSE), li gie mwaqqaf bi ftehim ma’ l-Unjoni Ewropea u li nghata fondi Ewropej ghar-ristrutturar ta’ l-industrija.

Aktar tard huwa kompla bix-xoghol tieghu fl-industrija tas-servizzi finanzjarji.

 

Edukazzjoni

Joseph Muscat attenda St Francis School, l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Bahar, u l-Iskola Stella Maris qabel ma beda l-edukazzjoni sekondarja tieghu fil-Kullegg San Alwigi.  Il-Gizwiti rawmu fih sens ta’ dixxiplina u ta' gustizzja socjali.

Kompla bl-edukazzjoni post-sekondarja tieghu fis-Sixth Form tal-Kullegg San Alwigi qabel ma sar l-ewwel membru tal-familja tieghu li dahal l-Universita’ ta’ Malta.

Hemmhekk huwa dahal fil-kors tal-kummerc (Bachelor of Commerce) fejn specjalizza fil-Management u Public Policy.  Huwa kompla biex kiseb B.A.Honours fil-Public Policy u Masters fil-European Studies.

Il-progress akkademiku ta’ Joseph Muscat kompla permezz ta’ Dottorat fl-Ekonomija. Il-proposta tieghu dwar ricerka innovattiva dwar intraprizi zghar u l-multinazzjonali intlaqghet mill-Universita’ ta’ Bristol fir-Renju Unit. Joseph kiseb din il-Ph.D fl-2007 wara li ddefenda b' success it-tezi tieghu.

 

Familja

Imwieled nhar it-22 ta’ Jannar 1974, Joseph Muscat huwa mizzewweg lil Michelle nee’ Tanti, gradwata fil-Komunikazzjoni, l-Ingliz u l-Edukazzjoni. Joseph u Michelle ghandhom zewgt ibniet tewmin, Etoile Ella u Soleil Sophie.