Scicluna Edward

Prof Edward Scicluna  PhD (Toronto), MA (Toronto), BA (Hons) Econ, DSS (Oxon)
Membru tal-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S & D Group) tal-Parlament Ewropew

Indirizz:  16,  Beaumont, Triq F. W. Ryan, San Pawl tat-Targa, Naxxar, Malta
Tel:        00356 27 412 812 / 00356 27 416 562
Mobajl:   00356 98 111 222
Fax No:   00356 21 413 833
Email:    
edward@edwardscicluna.com
Websajt: 
www.edwardscicluna.com


Edward studja fl-Università ta’ Oxford fejn ingħata Diploma b’distinzjoni fil-politika u l-ekonomija, fl-Università ta’ Malta fejn ingħata BA fl-ekonomija First Class Honours, u  fl-Università ta’ Toronto fejn għamel Masters u Dottorat fl-ekonomija.

Fil-karriera tiegħu huwa ġie appuntat professur u kap tad-dipartiment tal-ekonomija fl-Università ta’ Malta.  Huwa serva bħala Chairman tal- Malta Council of Economic and Social Development (MCESD), Chairman tal- Malta Financial Services Authority (MFSA), Kummissjunarju Elettorali, direttur tal-Bank Ċentrali, direttur fuq l-MIB Ltd, Chairman ta’ diskussjonijiet politici organizzati mill-Awtorita’ tax-Xandir (MBA), Chairman tal-HSBC Malta Bond Fund, Chairman tal-Cottonera Waterfront Group plc u membru tal-Kumitat Nazzjonali Ghall-Bidla Ghall-Ewro (NECC).

Fil-qasam internazzzjonali Edward serva bħala konsulent tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropeja (EU), tal-UNESCO, u tal-United Nations Environment Programme (UNEP). Huwa ġie appuntat fuq il-Kumitat tal-Awditjar tal-Bank ta’ Żvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa. Huwa għamel xogħol ta’ konsulenza għall-gvernijiet tal-Albanija, tal-Libja, tat-Turkija, u tal-Kroazja. Huwa jiġi mitlub jagħti l-pariri ekonomiċi tiegħu lid-delegazzjoni tal-IMF, u tar-Rating Agencies - FitchIbca, Standard&Poor’s, u Moody’s. Huwa ġie appuntat mill-Kummissjoni tal-EU bħala espert fuq l-Ewro.

Edward huwa miżżewweġ lil Astrid Bartoli u għandhom żewġt itfal, Mark u Katya, t-tnejn mizzewgin.  Huwa għandu wkoll żewġ neputijiet – Mila u Elena.