
Bdejna naħsbu fuq l-isfidi tal-ġenerazzjonijiet li jmiss
Il-MPE Laburista Alex Agius Saliba ġie elett bħala Ko-President tal-Kumitat għall-affarijiet politiċi fl-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP).
L-Assemblea AKP hija l-unika istituzzjoni tat-tip tagħha fid-dinja. L-għan tagħha huwa li tiġbor flimkien tmienja u għoxrin Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u tmienja u sebgħin pajjiż tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku li huma legalment marbuta bil-Ftehim ta’ Cotonou.