Skip to content

AĦBARIJIET

AĦBARIJIET mill-arkivji ta 11-2019

Il-PN inkonsistenti dwar l-istituzzjonijiet

L-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista, b’rappreżentanza tal-fergħat kollha tal-Partit Laburista, ta vot ta’ fiduċja unanimu lill-Prim Ministru. L-Eżekuttiv Nazzjonali ħa nota tad-deċiżjonijiet li ttieħdu fl-aħħar sigħat u l-vot ittieħed waqt laqgħa fejn b’sens ta’ responsabbiltà saret diskussjoni dwar l-iżviluppi fil-pajjiż fl-aħħar sigħat.  

Aqra Izjed »

Bżonn ta’ ċarġer universali

Il-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista ta vot ta’ fiduċja lill-Prim Ministru. Il-vot intalab mill-Prim Ministru nnifsu.  Dan il-vot ittieħed b’ mod sigriet u r-riżultat kien wieħed unanimu ta’ fiduċja fil-Prim Ministru. Il-vot ittieħed wara laqgħa tal-Grupp Parlamentari fejn kien hemm sens kbir ta’ responsabbiltà. Il-grupp parlamentari kkonferma unanimament l-impenn li l-gvern ikompli jwettaq il-mandat elettorali tiegħu …

Aqra Izjed »

Iġġib fix-xejn argumenti kontra l-istituzzjonijiet

“L-istituzzjonijiet taw risposta u wrew li huma istituzzjonijiet indipendenti li jaraw l-affarijiet li jsiru kif għandhom isiru u li jwasslu għal riżultati.”Iddikjara dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat f’kollegament telefoniku fuq ONE Radio fejn saħaq kemm hu kburi  bl-istituzzjonijiet, kburi bil-pajjiż u kburi bil-fatt li filwaqt li ħaddieħor attakka lill-istess istituzzjonijiet kontinwamenthu …

Aqra Izjed »

Ippremjaw teknoloġija li tnaqqas l-emissjonijiet

Illejla l-Partit Nazzjonalista reġa’ wera li m’għandux rispett lejn l-istituzzjonijiet. Id-deputati tal-Oppożizzjoni telqu ‘l barra mill-Parlament meta l-Prim Ministru kien għadu kemm ikkommetta ruħu li jagħti rendikont lill-Kamra tar-Rappreżentanti u joqgħod għall-mistoqsijiet kollha tad-deputati fil-mument opportun. Dan meta jkun ċar li ma jippreġudikax l-investigazzjonijiet tal-pulizija. Iżda, jidher li dan mhux l-interess tal-Partit Nazzjonalista.

Aqra Izjed »

Il-gvern implimenta bidliet li l-PN ma ried qatt

“Il-konsistenza u l-kredibilita’ huma tnejn mill-pilastri l-kbar li fuqhom huwa mibni dan il-moviment. Il-ġid kulħadd jaf jarah imma mhux kulħadd jaf joħolqu. Dan il-moviment jaf joħloq u jqassam il-ġid għal kulħadd u l-aktar lil min għandu bżonn.”

Aqra Izjed »

Niddeċiedu biex ta’ warajna nħallulhom il-ġid

Bl-installazzjoni ta’ 320 pannella fuq il-bejt taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Partit Laburista qiegħed jagħti l-kontribut tiegħu favur enerġija rinovabbli u ambjent iktar nadif.
Fi kliem il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Randolph De Battista, il-Partit Laburista jrid imexxi bl-eżempju fejn mhux biss jitkellem dwar dak li jrid isir iżda jibda jwettaq hu dak li jemmen fih.

Aqra Izjed »