Skip to content

AĦBARIJIET

AĦBARIJIET mill-arkivji ta 05-2020

“Ġejjin ġimgħat eċitanti għal Malta. Ġimgħat li se jfissru r-ritorn għan-normalità” – PM

Waqt laqgħa tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista, ġiet approvata proposta mressqa mill-amministrazzjoni sabiex titressaq mozzjoni ta’ emenda quddiem Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista.   Il-mozzjoni li ser titressaq f’isem l-eżekuttiv tipproponi bidliet fil-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit. Kien hemm qbil unanimu mill-eżekuttiv li l-mozzjoni ta’ emenda tipproponi li l-kariga ta’ deputat mexxej għall-affarijiet tal-partit laburista …

Aqra Izjed »

Issa kollox f’idejn Adrian Delia – x’se jagħmel b’Jason Azzopardi?

L-Oppożizzjoni għażlet li tabdika mir-responsabbilitajiet tagħha billi tibbojkottja l-proċess ta’ skrutinju li sar illum fil-Kumitat Parlamentari tal-Ħatriet Pubbliċi fil-konfront tan-nominat għall-kariga ta’ Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur Angelo Gafà.   Dan l-aġir kundannabbli jmur kontra l-appelli ġenwini li saru fl-aħħar jiem mill-edituri tal-midja indipendenti u minn diversi akkademiċi biex l-Oppożizzjoni ma titlifx l-opportunità li ssaqsi u tiġbed …

Aqra Izjed »

“Żidna t-testijiet u r-rata tal-każijiet pożittivi komplew jonqsu” – Il-PM

Sentenza li ngħatat mill-Qorti aktar kmieni din il-ġimgħa u li tat ġudizzju fuq il-ħatriet u l-ħiliet tal-persuni li llum imexxu l-Forzi Armati ta’ Malta hija konferma oħra ta’ snin ta’ tfigħ ta’ tajn mill-Partit Nazzjonalista kontra individwi li l-uniku “dnub” tagħhom kien li kienu lesti li jservu lill-pajjiż.   Il-Qorti kienet ċara ħafna fil-ħsieb tagħha …

Aqra Izjed »

Il-PN jerġa’ jiżloq fin-niexef

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li b’effett minn ftit sigħat oħra se titneħħa d-dikjarazzjoni ta’ emerġenza ta’ Saħħa Pubblika wara l-kontroll assolut b’suċċess fuq it-tixrid tal-imxija tal-Covid-19.   Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar dan f’intervista mal-ġurnalisti minn diversi kmamar tal-aħbarijiet fuq ONE.   Il-Prim Ministru sostna li l-pubbliku xorta għandu jkun kawt u jimxi mal-miżuri …

Aqra Izjed »

Oppożizzjoni li tbeżża’ u bla ebda sens ta’ kredibbiltà

Il-Pjan ta’ riġenerazzjoni Ekonomika li ħabbar il-Prim Ministru lbieraħ biex Malta jkollha Għada Aħjar huwa xhieda ċara ta’ kemm dan il-Gvern jippremja l-bżulija Maltin u l-Għawdxin.   Dan il-pjan ta’ riġenerazzjoni ta’ €900 miljun huwa bbażat fuq 3 punti prinċipali – Tnaqqis ta’ spejjeż għan-negozji,  Spinta lid-domanda domestika u Sostenn dirett lill-industrija favur ix-xogħol.   …

Aqra Izjed »

“Kellna l-ikbar suċċess mill-pajjiżi kollha madwar id-dinja” – Il-PM

“Nifhem is-sentiment ta’ rabja tal-poplu Malti. Inħoss l-istess sentiment għaliex fl-aħħar erbgħin ġurnata, l-Unjoni Ewropea ħallietna waħedna biex nitrattaw kwistjoni kumplessa li mhix tagħna biss imma problema tal-Unjoni Ewropea.”   B’ton skjett u trasparenti, il-Prim Ministru Robert Abela qal li se jitkellem b’onestà kif dejjem għamel f’dawn l-aħħar ħames xhur. Spjega li lbieraħ kellha tittieħed …

Aqra Izjed »

Oppożizzjoni mifxula u mhux preparata

F’dawn l-aħħar 3 snin Gvern Laburista wera biċ-ċar l-impenn tiegħu favur il-familji, il-ħaddiema, in-negozji u ż-żgħażagħ Maltin Għawdxin. Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-President tal-Partit Laburista, Daniel Micallef waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista b’reazzjoni għat-twettieq u l-ħidma fuq 76% tal-wegħdiet fil-manifest elettorali mindu l-poplu għażel lill-Partit Laburista biex imexxih fl-2017. Il-President tal-Partit Laburista sostna li dan …

Aqra Izjed »

“Din hi realtà li tul is-snin ħakmet lil pajjiżna. Għall-ewwel darba qed naffrontawha b’serjetà”- Il-PM

Il-Partit Laburista jinnota l-aħħar stqarrija tal-Partit Nazzjonalista fejn kompla jiżbalja dwar fatti bażiċi fuq il-persuni jirreġistraw għax-xogħol f’pajjiżna.   Il-Partit Nazzjonalista tenna l-iżball tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia s-Sibt u l-Ħadd li għadda meta qal li f’pajjiżna hawn 11,000 persuna qiegħda.   Fil-fatt ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fl-eqqel tal-pandemija tal-Covid-19, il-qgħad f’April li għadda …

Aqra Izjed »

Kap tal-Oppożizzjoni li ma jistax jittieħed bis-serjeta’

  Il-Kap tal-Oppożizzjoni reġa wera ruħu dgħajjef quddiem il-fazzjoni estremista tal-Partit Nazzjonalista mmexxija mill-eks Kap Simon Busuttil.   F’dik li kienet l-ewwel reazzjoni 48 siegħa wara l-publikazzjoni tal-Inkjesta Maġisterjali, Adrian Delia ħareġ għonqu għall-kelliem ewlieni tiegħu għall-ġustizzja u insista li Jason Azzopardi m’għandu ebda responsabbilita x’jerfa (silta mehmuża).   Dan minkejja li Jason Azzopardi għamel …

Aqra Izjed »