Skip to content

AĦBARIJIET

AĦBARIJIET mill-arkivji ta 01-2021

“Nimxu ’l quddiem biss jekk inżommu spirtu ta’ tim – Tim Malta” – il-PM Robert Abela

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista reġa’ staħba mill-ġurnalisti u minflok ta biss kumment fuq news portal biex jiddefendi l-aġir ta’ Jason Azzopardi li għamel snin ma jiddikjarax it-taxxa.   Filwaqt li ċ-ċittadini onesti jħallsu t-taxxa ta’ kull sena, Jason Azzopardi għażel li jsib skuża banali biex ma jagħmilx dan. Bernard Grech din l-iskuża għamilha tiegħu u insulta …

Aqra Izjed »

Bernard Grech b’deputat li jiftaħar li ffirma kontra s-suldati

F’attività politika l-Ħadd filgħodu fir-Rabat, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela elenka d-differenza ewlenija bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni, li fuq naħa hemm Gvern li jmexxuh il-prinċipji tas-serjetà u l-korrettezza u fuq in-naħa l-oħra, Oppożizzjoni li timxi bil-konvenjenza u tiddeċiedi li ma tiddeċidix.   Il-Prim Ministru kien qed jitkellem fl-isfond tal-aħħar żviluppi b’rabta mal-omiċidju ta’ …

Aqra Izjed »

“Gvern determinat li jkompli jġib is-suċċessi.” – Il-PM

Il-Partit Laburista jikkundanna bla ebda riżerva u bl-iktar mod kategoriku, il-kumment dispreġjattiv fil-konfront tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia. Dan il-kumment li sar minn kunsillier fir-Rabat, Għawdex, ma jissimbolizza bl-ebda mod dak li jemmen il-Partit Laburista u assolutament mhux ittollerat. F’mument fejn l-istituzzjonijiet qed jaħdmu bla waqfien biex tkompli tinkiseb ġustizzja sħiħa f’dan il-każ, il-Partit Laburista jerġa’ …

Aqra Izjed »

“Wassalna messaġġ b’saħħtu favur l-inklużjoni u l-abbiltajiet differenti” – Il-PM

Għal darb’oħra stqarrija tal-Partit Nazzjonalista turi li minkejja l-kliem kollu li għandu politika li tpoġġi l-persuna fiċ-ċentru, fir-realtà l-Oppożizzjoni għada tpoġġi fiċ-ċentru l-awsterità.   Minflok jilqa’ l-investiment qawwi li seħħ fi snin passati fil-qasam tas-saħħa, liema investiment wassal biex pajjiżna kellu fost l-akbar żieda relattiva fl-ammont ta’ nurses u tobba fl-Unjoni Ewropea, il-Partit Nazzjonalista reġa’ …

Aqra Izjed »

Gvern Laburista mhux se jieħu tgħalimiet mill-Partit Nazzjonalista dwar il-Korp tal-Pulizija.

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar pjan biex jiġu ndirizzati l-isfidi fil-kirjiet ta’ qabel l-1995. Fil-Kalkara, il-Prim Ministru semma l-prinċipju ewlieni tal-ġustizzja soċjali li jsawwar lill-Partit Laburista. Dr.Abela pprovda kuntest wiesgħa dwar il-qasam tal-akkomodazzjoni, hekk kif spjega li madwar 80% ta’ dawk li għandhom propjetà huma sidien ta’ djarhom. Ċifra li tiżboq sew il-medja Ewropea. “Meta …

Aqra Izjed »

Oliver Scicluna se jiġi co-opted għal Deputat Parlamentari

L-istunt politiku tal-Kap tal-Oppożizzjoni huwa offiża għall-familji tal-vittmi tal-Covid-19 li mhux interessati f’partiġġjaniżmu.   Il-preżenza tiegħu quddiem Kastilja juża l-imwiet għall-gwadann politiku tixhed kif Bernard Grech hu mhedi f’politika partiġjġana li tieħu gost bid-deni u ma tipproponi xejn.   Fil-fatt, filwaqt li pajjiżna jinsab fuq quddiem nett fl-Unjoni Ewropea jlaqqam lin-nies, il-kumitat ta’ politiċi li …

Aqra Izjed »

L-attakki fuq is-suldati xhieda ta’ kif Bernard Grech ma bidel xejn

  Dak li preżenta l-Kap tal-Oppożizzjoni dalgħodu dwar l-enerġija huwa kollezzjoni ta’ ideat, uħud riċiklati u oħrajn qegħdin iseħħu.   Dalgħodu l-Kap tal-Oppożizzjoni nniffsu ammetta li ma jafx kemm jiswa’ dak li tkellem dwaru. Għax skont hu issa dak narawh meta jiġi l-mument li ndaħħlu idejna fil-but.   Mhux sorpriża li l-Kap tal-Oppożizzjoni ħareġ jitkellem …

Aqra Izjed »

“Iż-żgħażagħ se jkunu fiċ-ċentru tal-viżjoni tal-Gvern” – Il-PM

F’attività politika fejn reġa’ spikka l-messaġġ b’saħħtu favur l-għaqda nazzjonali, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela appella biex kulħadd ixerred il-valuri tal-imħabba ħalli flimkien immexxu lil dan il-pajjiż fejn verament jixraqlu.   B’ton ottimist għall-ġejjieni, il-Prim Ministru qal li qiegħed joqrob il-mument li nirritornaw lejn in-normalità, u semma t-tbassir tal-Kummissjoni Ewropea li qalet li …

Aqra Izjed »

“Dan kien Gvern li wiegħed u wettaq” – Il-PM

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista għadha temmen li ż-żgħażagħ huma biss aċċessorju għal fuq il-palk jew fuq xi billboard. B’kuntrast, fl-aħħar snin, il-Gvern wera fiduċja kbira fiż-żgħażagħ u kull darba li dawn ingħataw l-opportunità qamu għall-okkażjoni u wrew kemm jistgħu jikkontribwixxu għall-pajjiż. L-attitudni tad-Deputat David Thake, li fuq il-midja soċjali attakka żagħżugħ għax skont hu ma jistax jikkontribwixxi …

Aqra Izjed »