• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

June 1, 2021

“4 snin ta’ investiment fin-nies” – il-PM

Il-Prim Ministru Robert Abela ddeskriva l-aħħar 4 snin ta’ Gvern Laburista, bħala snin ta’ investiment fin-nies filwaqt li assigura li dan il-moviment se jibqa’ jirriforma l-pajjiż.

Il-Mexxej Laburista qal dan waqt programm ta’ diskussjoni politika l-Ħadd filgħodu fuq l-istazzjon ONE u li nvolva diversi persuni oħra li gejjin minn oqsma differenti.

Quddiem dan it-tragward ta’ 4 snin fil-Gvern mindu ngħata l-aħħar mandat elettorali, il-Prim Ministru Robert Abela elenka l-investiment li għamel Gvern Laburista minkejja l-isfidi li sab ma’ wiċċu.

Semma l-importanza li ta lill-qasam soċjali.

“Insejna l-bżonnijiet soċjali ta’ dan il-pajjiż? Assolutament le, anzi nfaqna għall-ewwel darba f’sena ta’ pandemija biljun ewro f’nefqa soċjali. L-akbar nefqa li qatt kellna. Biljun ewro, elf miljun ewro qed nitkellmu. Fl-2012 meta ma kellniex pandemija, in-nefqa soċjali f’pajjiżna kienet €300 miljun inqas. Tajna sapport waqt pandemija ta’ nofs biljun ewro. Morna bl-ikbar Budget li qatt kellu pajjiżna, €6 biljun. Jekk inħarsu fl-2012, Gvern Nazzjonalista investa n-nofs.”

Il-Mexxej Laburista elenka wkoll il-ħemel ta’ riformi li saru fosthom dawk fil-qasam finanzjarju ta’ pajjiżna u li kellna verdett pożittiv dwarhom mill-Moneyval fl-aħħar jiem. Fakkar kif il-bżonn għal dawn ir-riformi kien ilu jinħass madankollu Gvern Nazzjonalista kien tefa’ din il-problema taħt it-tapit.

“Aħna fl-2012 diġà kellna rapport mill-Moneyval li ta kritika negattiva ħafna tas-sistemi f’pajjiżna. Aħna ħadna l-affarijiet bis-serjetà u għidna, qatt iktar li pajjiżna jerġa’ jkollu rapport fuqu li kien daqstant negattiv u ħdimna qatiegħ u għamilna riformi li ma kienux faċli u li kien hemm bżonn ħafna u ħafna ħsieb warajhom.”

Dr Abela fakkar ukoll fl-element ta’ serħan il-moħħ li rnexxielu jwassal Gvern Laburista fis-settur tal-enerġija. 

“€500 miljun skorruti tajna lin-nies fi traħħis ta’ kontijiet tal-enerġija. Dak li għamilna aħna.”

Il-Prim Ministru tenna kif ftit taż-żmien ilu ntlaħaq ukoll ftehim bejn il-Gvern u madwar 20,000 familja dwar estenzjoni tal-Feed-In Tariff. Tenna wkoll li dan mhux Gvern supperv u se jibqa’ jagħmel ir-riformi f’dan is-settur sabiex ineħħi l-ħażin li sar mill-amministrazzjoni Nazzjonalista ta’ Gonzi PN. 

“Ferħu b’Malta għaliex laħqet il-Herd Immunity” – Il-PM

“Il-Mexxejja Ewropej ferħu bil-fatt li Malta kienet l-ewwel pajjiż fost l-istati membri li laħqet il-Herd Immunity.”

Din kienet ir-reazzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela meta kien mistoqsi dwar il-vaċċin u d-diskussjonijiet li kellu aktar kmieni din il-ġimgħa waqt is-summit tal-Kunsill Ewropew.

Hawnhekk, il-Prim Ministru Robert Abela rrimarka l-ħidma sfieqa u għaqlija tal-Gvern sabiex jassigura biżżejjed dożi tal-vaċċin għall-poplu Malti u Għawdxi.

“Aħna bħala pajjiż ftit tax-xhur ilu konnha katalisti biex ikun hemm joint procurement minn naħa tal-Kummissjoni Ewropea. Illum qed nitkellmu li għandna 200,000 ruħ li huma mlaqqma totalment imma wkoll tajna aktar minn 500,000 doża tal-vaċċin. Dawn huma r-realtajiet.”

Dr Abela ħabbar ukoll li l-Gvern lesta kull tip ta’ ħidma dwar iċ-ċertifikat tal-vaċċin sabiex b’hekk issa pajjiżna huwa organizzat b’sistema lesta li se tkun għodda ewlenija biex il-persuni jimxu minn pajjiż għall-ieħor, iżda mhux biss.

“Qed naraw li bħala pajjiż dan iċ-ċertifikat itik aċċess għal attivitajiet oħrajn li jsiru b’mod lokali. Jiġifieri jekk ikollok attività ta’ riskju akbar wieħed jista’ juża dan iċ-ċertifikat tat-tilqima biex ikun jista’ jidħol f’dawn l-attivitajiet.”

Fuq is-suġġett tal-pandemija, il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar is-settur turistiku hekk kif il-ġimgħa d-dieħla Malta se terġa’ tibda tilqa’ t-turisti f’pajjiżna.

“Il-mod ta’ kif qed nħares lejn il-ftuħ tat-turiżmu nhar it-Tlieta li ġej huwa ottimist imma kawt.” Dr Abela spjega kif dan is-settur ikopri terz tal-ekonomija Maltija.

“Irridu noħolqu l-bilanċ bejn il-protezzjoni tas-saħħa u l-ekonomija u l-vantaġġ li għandu dan il-poplu llum hija li għandu ħafna mill-popolazzjoni mlaqqma,” tenna l-Prim Ministru hekk kif irrimarka wkoll il-kontrolli stretti li hemm fl-ajruport internazzjonali ta’ pajjiżna.

Dwar il-prospetti għall-futur, partikolarment fil-qasam turistiku, il-Prim Ministru rrimarka l-għaqal li ħadem bih il-Gvern waqt il-pandemija. Dr Abela spjega kif lil dan is-settur Gvern Laburista ma ħallihx waħdu u aċċenna għall-miżuri tal-Covid Wage Supplement u l-investiment ta’ €20 miljun sabiex jgħin lil dan is-settur jirpilja fiż-żmien li ġej.

Waqt id-diskussjoni dwar l-effetti tal-pandemija ntmess ukoll is-suġġett dwar il-qasam tal-propjetà. 

Il-Prim Ministru spjega kif fil-bidu tal-pandemija kulħadd prova joħroġ mill-konvenju li kellu minħabba element ta’ biża’. Madankollu spjega kif il-Gvern, bil-kuntrarju ta’ dak li għamlu amministrazzjonijiet Nazzjonalisti fil-passat, ħa ħsieb dan is-settur biex jibqa’ b’saħħtu anke fi żmien ta’ kriżi fosthom b’miżuri bħal dik tat-traħħis fit-taxxa tal-bejgħ u x-xiri tal-propjetà u l-introduzzjoni tal-moratorja.

“Kull minn huwa nvolut f’dan is-settur jgħidlek li pajjiżna qed jirreġistra xhur b’saħħithom ta’ bejgħ. Allura x’ifisser dan? Ma jfissirx biss li qed jiġu milquta b’mod pożittiv min jixtri u min ibiegħ imma umbagħad ara kemm għandek industriji li huma dipendenti fuq is-settur. Ara x’impatt għamilna imma dan kollu jibqa’ jdur mal-kuraġġ u fiduċja li daħħalna fin-nies.”

Filwaqt li baqa’ jnissel dan is-sens ta’ ottimiżmu, il-Prim Ministru fakkar ukoll kif l-iżvilupp irid isir b’mod sostenibbli u li jħares l-ambjent sabiex jassigura futur mill-isbaħ bi kwalità ta’ ħajja tajba.

Tul il-programm ta’ diskussjoni ġiet diskussa wkoll il-kampanja ta’ tindif li saret fl-aħħar jiem madwar Malta u li issa ġiet estiża għaż-żmien li ġej sabiex tassigura pajjiż aktar attraenti.

Fuq dan is-suġġett, il-Prim Ministru Robert Abela temm jgħid li kull wieħed u waħda minnha għandu l-kontribut tiegħu x’jagħti sabiex is-sbuħija u l-indafa tal-pajjiż jiġu ppriservati. 

“Din it-tali inizjattiva se ssir aktar spiss sabiex niżguraw li dan il-pajjiż ikun wieħed nadif. Kruċjali li jkollna l-indafa madwar il-pajjiż kollu. Mill-aktar affarijiet sempliċi li jpaxxu l-għajn u li qed tara pajjiż li huwa miżmum tajjeb mhux biss għall-Maltin u l-Għawdxin kollha, u dik hija prijorità, iżda wkoll għat-turisti li jiġu f’pajjiżna li jgħidu li Malta hija verament ġojjell ta’ pajjiż miżmum tajjeb u nadif.” 

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Fiduċja f’aktar investiment.

Messaġġ ta’ fiduċja lill-investituri li jridu jinvestu f’pajjiżna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 70
  • Shares: 41
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ Ghal dak kollu li qed taghmlu ghal Pajjizna!

Prosit Prim Ministru

Proset

Korrott

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Grazzi tal-merbħa sabiħa fĦad-Dingli. 🔴

Grazzi tal-merbħa sabiħa f'Ħad-Dingli. 🔴 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 91
  • Shares: 6
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Organizzazjoni kriminali taghmel gathering 😎

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 317
  • Shares: 41
  • Comments: 23

Comment on Facebook

GREAT, GREAT MAN VERY HANDSOME!!!

Keep up the good work!

Nixtieq naf why great man meta qiegħed naraw dan kollu??? Dawn il prezzijiet dawn il bini kollox lanqas tieħu n-nifs....tumur is-sptar ħlief Arab u barranin. Tafu meta titkellmu meta ikollok il mart serju fil familja. Kelli nihu il mara tieghjaj st James al kurra għax ċertu instrumenti għanda ix xur tistena u ghara matibilawx li Services Mater Dei. Hu Tal Malti. Rubbish sur prim ministru.

Have a wonderful day!

The best

Viva Robert

Viva Robert Viva il Labour ♥️

veru li il Ministru tal finanzi qal li ha nigu 800 elf ruh ? Mela vera tridu iddejqu lill Alla li halaqkhom

M andix dubju li se tikseb iktar .... Ghalik u ghal shabek 😁😁😁

Fiducja fpajjizma iva imma fil Bobby le

youtu.be/VFq3Ige0-3A

View more comments

Partit Laburista was live.
3 days ago
Partit Laburista
Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli

Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 87
  • Comments: 11

Comment on Facebook

Kburin Bik 👏❤️

Prosit am proud of you

Watching you good as always

Proset tassew kliem MIRQUM MIT TNEJN LI INTKOM ISAHHA LILKOM U INHARSU IL QUDDIEM ISAHHA ❤❤

Proset Prim dejjem tissoda.

Proset

Prosit lil kulhadd

Prosit Dr Josianne Cutajar

So proud 👍❤️

Proud I support Labour

View more comments

Partit Laburista
4 days ago
Partit Laburista
Prosit lil Team Malta. 🇲🇹

Prosit lil Team Malta. 🇲🇹 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 543
  • Shares: 42
  • Comments: 115

Comment on Facebook

Great job 👍well done Malta team, you made us proud.

Proset keep up the good work

Viva Malta

Viva Malta

Well done to all you were marvelous.viva Malta Grazzi.

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Well done to all involed. Thank you so much.

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Proset lil Kullhadd Viva Malta 🌹🌹🌹

Well done!! MALTA

Well done!!

Well done, tks il kullhadd bravi, well organised,

Well done

Well done!!

Well done!!Malta🇲🇹🇲🇹🇲🇹

Well done!! Malta 🇲🇹🇲🇹

Well done!!

Well done

Well done!! Malta

Well done!!

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek