• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

March 29, 2020

“Pajjiżna huwa mudell ta’ kif qed jilqa’ għas-sitwazzjoni tal-coronavirus” – Il-PM

“L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tat ċertifikat ta’ eċċellenza lil pajjiżna. Identifikat lil pajjiżna bħala mudell li wieħed għandu jħares lejh għal kif għandha tiġi kkontrollata l-imxija tal-coronavirus. Dan jawgura tajjeb għall-mod kif imxejna. Imxejna b’mod prudenti mingħajr miżuri estremi mill-bidu. Kieku għamilna l-lockdown mill-bidu, għadna nkaxkru sal-lum u l-poplu ma jibqax jobdi r-restrizzjonijiet.”

 

F’intervista fuq ONE, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela tkellem dwar l-għaqal li bih mexa l-Gvern. Spjega kif iddaħħlu miżuri b’mod gradwali skont il-pariri mediċi u xjentifiċi. Qal li minkejja li r-riżultati sal-lum jagħtu ċertifikat tal-mod tajjeb li bih mexa l-Gvern, kollox jiddependi mill-ubbidjenza tan-nies.

 

“In-numri baxxi fl-aħħar jiem juru li qegħdin fit-triq it-tajba, imma jinkwetawni għax nibża’ li n-nies jillaxkaw.”

 

Il-Mexxej Laburista qal li dan huwa Gvern ta’ ruħ soċjali u Partit Soċjalista, li meta fassal il-pakkett ta’ stimolu ekonomiku, mexa fuq il-prinċipji li jsawruh.

 

 

Mhux se nkunu xħaħ mal-ħaddiema Maltin

 

Il-Prim Ministru nnota li l-Gvern iffoka fuq kategorija ta’ persuni li jistgħu l-inqas – dawk fuq il-paga minima. Fil-fatt, bil-miżuri mħabbra din il-ġimgħa, il-Gvern se jkun qed iħallas 103% tas-salarju tagħhom – xi ħaġa bla preċedent.

 

Meta spjega l-kobor tal-pakkett, Robert Abela nnota li l-assistenza soċjali f’pajjiżna tlaħħaq is-€46 miljun fis-sena. Il-pakkett ta’ għajnuna finanzjarja mħabbar mill-Gvern ilaħħaq is-€70 miljun fix-xahar. Qal ukoll li dan il-pakkett huwa għaxar darbiet aktar minn kemm kien ta l-Partit Nazzjonalista fi żmien il-kriżi ekonomika fl-elfejn u disgħa.

 

“It-Tlieta għamilna xi ħaġa storika. Fi sfond ta’ kriżi medika, ġibna l-imsieħba soċjali flimkien. B’maturità, irnexxielna naslu għal ftehim storiku li dwaru kien hemm qbil unanimu. Dan huwa l-mod kif isiru l-affarijiet. B’dan il-pakkett ta’ miżuri, intlaqtu 110,000 ħaddiem – għall-kuntrarju ta’ x’qed tgħid l-Oppożizzjoni. Kien hemm min kritikana għax konna wisq agressivi, ghax qassamna hafna mil-ewwel. Jiena ngħid li dawn huma miżuri costed li jaħsbu wkoll għall-perjodu li jsegwi t-tmiem tal-pandemija. Fejn qabel kellna s-serħan il-moħħ li kellna miljuni ta’ ewro deħlin mit-turiżmu, issa dawn mhux se jkunu hemmhekk ghal certu perjodu. Mhux se nkunu xħaħ izda mal-ħaddiema Maltin. Mhux se nieqfu hawnhekk. Se nkunu aktar ġenerużi, se jkollna aktar skemi ta’ għajnuna biex niżguraw li n-negozji tagħna jibqgħu b’saħħithom. Ottimist li se noħorġu aktar b’saħħitna milli bdejna.”

 

 

Sibna valuri li kienu tilfu l-prijorità

  

“Irridu nadattaw biex id-differenza ġdida nagħmluha relevanti. Irridu noħolqu dinja aħjar li tista’ tkun aqwa minn dik li konna fiha ftit tal-ġimgħat ilu. Nagħmlu l-bidliet li għandna bżonn u noħorġu minn dan il-mument f’dinja aħjar. Dan l-episodju fakkarna fil-valuri bażiċi li kienu tilfu l-prijorità. Issa sar resetting tal-prijorita tal-valuri. Il-prijoritajiet huma l-familja, is-saħħa u l-għaqda – dan huwa mument li ddefinixxa l-għaqda u l-valuri tal-poplu Malti. Dan il-mument li wera kemm kulħadd huwa indaqs. Mhux kwistjoni ta’ kemm għandek flus, imma kemm għandek saħħa u familja li tappoġġjak.”

 

Il-Prim Ministru għamilha ċara li l-lockdown hija l-aktar ħaġa li ma jixtieqx isseħħ f’pajjiżna. Iddeskriva l-miżura li l-anzjani joħorġu biss għall-affarijiet essenzjali bħala waħda drastika, li f’pajjiżi oħra qed tissejjaħ lockdown. Spjega kif din il-ġimgħa, iltaqa’ mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, u mal-esperti mediċi, u qablu li jiżdiedu r-restrizzjonijiet biex in-numru ta’ każijiet pożittivi għall-COVID-19 ma jibqax jiżdied.

 

“Il-Kabinett tlaqqa’ tliet darbiet f’ġimgħa. Il-Ministru Chris Fearne ħabbar il-miżuri, u smajna r-reazzjonijiet u d-diffikultajiet tan-nies. Il-Ġimgħa erġajna laqqajna l-Kabinett, irrevedejna u qbilna b’mod unanimu bħala Kabinett – inkluż mal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika – u ġie abbozzat l-avviż legali. Dan huwa l-mod kif isiru l-affarijiet. M’għandniex mudell lejn xiex nistgħu nħarsu għax din xi ħaġa bla preċedent, u nkunu suppervi jekk ma nisimgħux min-nies. Irridu nagħmlu pakkett ta’ miżuri li lin-nies ma jsakkarhomx ġo gaġġa u wara ġimgħa joħroġ kulħadd. Irridu sitwazzjoni fejn innaqqsu kemm jista’ jkun il-kuntatt bejn in-nies b’miżuri sostenibbli”, saħaq Robert Abela li nnota kif f’mument tant delikat, l-Oppożizzjoni qed tqajjem argumenti perikolużi, populisti u partiġġjani.

 

“Ifisser li mhux qed naqblu bejnietna? Le, ifisser li qed nimxu mal-pariri li jingħatawlna u naraw il-bżonnijiet tan-nies, imbagħad nirreaġixxu paripassu ma’ kif tkun is-sitwazzjoni fil-mument.”

 

Il-Prim Ministru saħaq li llum, kull minuta qed jieħu d-deċiżjonijiet u dan juri kemm il-Gvern huwa kapaċi jmexxi. “Aħna l-Gvern li kapaċi jmexxi lil dan il-pajjiż f’kull ċirkostanza.”

 

Dwar Għawdex, il-Prim Ministru nnota li l-gżira tat-tliet għoljiet intlaqtet b’mod ftit aktar negattiv mill-aspett ekonomiku minħabba l-kwistjoni tal-insularità doppja għax hija gżira go gżira. Ghalhekk il-pakkett finanzjarju li jghodd ghal Ghawdex kien aktar generuz biex ipatti.

 

Mill-aspett mediku, f’Ghawdex hemm preparamenti intensivi u fost l-oħrajn żdied in-numru ta’ sodod fl-ITU. Minkejja li n-numri f’Għawdex huma baxxi ferm, il-Prim Ministru qal li se jibqa’ kawt għax dan mhux il-mument li wieħed jiċċelebra jew jgħid li solva l-problema għax mhux il-każ.

 

“Nibqa’ nibgħat messaġġ biex l-Għawdxin isegwu l-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa minkejja li hemm il-preparamenti u faċilitajiet mediċi kollha u n-numri huma baxxi”, appella Robert Abela.

 

Il-Prim Ministru temm b’messaġġ ċar.

 

“Jekk mhux se nobdu r-regolamenti llum, se nissugraw li ma ngawdux is-sajf. Dan huwa l-mument ta’ sagrifiċċju, għalkemm nemmen li f’dan iż-żmien skoprejna wkoll affarijiet sempliċi li jagħtu pjaċir ukoll. Realtajiet sempliċi imma sbieħ, bħal aktar ħin ġewwa u ikliet zghar mal-familja d-dar. It-tbatija prinċipali u s-sitwazzjoni ta’ qsim il-qalb hija n-nuqqas ta’ komunikazzjoni mal-anzjani u nies vulnerabbli li qed ibatu s-solitudni. Għalhekk nappella, ejja nadattaw ħalli dan il-mument jgħaddi kemm jista’ jkun malajr.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Fiduċja f’aktar investiment.

Messaġġ ta’ fiduċja lill-investituri li jridu jinvestu f’pajjiżna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 70
  • Shares: 41
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ Ghal dak kollu li qed taghmlu ghal Pajjizna!

Prosit Prim Ministru

Proset

Korrott

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Grazzi tal-merbħa sabiħa fĦad-Dingli. 🔴

Grazzi tal-merbħa sabiħa f'Ħad-Dingli. 🔴 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 91
  • Shares: 6
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Organizzazjoni kriminali taghmel gathering 😎

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 317
  • Shares: 41
  • Comments: 23

Comment on Facebook

GREAT, GREAT MAN VERY HANDSOME!!!

Keep up the good work!

Nixtieq naf why great man meta qiegħed naraw dan kollu??? Dawn il prezzijiet dawn il bini kollox lanqas tieħu n-nifs....tumur is-sptar ħlief Arab u barranin. Tafu meta titkellmu meta ikollok il mart serju fil familja. Kelli nihu il mara tieghjaj st James al kurra għax ċertu instrumenti għanda ix xur tistena u ghara matibilawx li Services Mater Dei. Hu Tal Malti. Rubbish sur prim ministru.

Have a wonderful day!

The best

Viva Robert

Viva Robert Viva il Labour ♥️

veru li il Ministru tal finanzi qal li ha nigu 800 elf ruh ? Mela vera tridu iddejqu lill Alla li halaqkhom

M andix dubju li se tikseb iktar .... Ghalik u ghal shabek 😁😁😁

Fiducja fpajjizma iva imma fil Bobby le

youtu.be/VFq3Ige0-3A

View more comments

Partit Laburista was live.
3 days ago
Partit Laburista
Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli

Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 87
  • Comments: 11

Comment on Facebook

Kburin Bik 👏❤️

Prosit am proud of you

Watching you good as always

Proset tassew kliem MIRQUM MIT TNEJN LI INTKOM ISAHHA LILKOM U INHARSU IL QUDDIEM ISAHHA ❤❤

Proset Prim dejjem tissoda.

Proset

Prosit lil kulhadd

Prosit Dr Josianne Cutajar

So proud 👍❤️

Proud I support Labour

View more comments

Partit Laburista
4 days ago
Partit Laburista
Prosit lil Team Malta. 🇲🇹

Prosit lil Team Malta. 🇲🇹 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 543
  • Shares: 42
  • Comments: 115

Comment on Facebook

Great job 👍well done Malta team, you made us proud.

Proset keep up the good work

Viva Malta

Viva Malta

Well done to all you were marvelous.viva Malta Grazzi.

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Well done to all involed. Thank you so much.

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Proset lil Kullhadd Viva Malta 🌹🌹🌹

Well done!! MALTA

Well done!!

Well done, tks il kullhadd bravi, well organised,

Well done

Well done!!

Well done!!Malta🇲🇹🇲🇹🇲🇹

Well done!! Malta 🇲🇹🇲🇹

Well done!!

Well done

Well done!! Malta

Well done!!

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek