Skip to content

aħbarijiet

March 3, 2019

Adrian Delia bla pjan għall-partit tiegħu u bla pjan għall-pajjiż

Maħruġa mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Partit Laburista   

 

Adrian Delia bla pjan għall-partit tiegħu u bla pjan għall-pajjiż

 

Minflok ippropona l-viżjoni tiegħu għall-pajjiż, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, reġa’ kien negattiv u skorett fuq bosta oqsma biex ikompli jaħbi l-problemi interni li nkixfu ukoll fl-aħħar Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.

Fost l-oħrajn qal li r-rapport tal-IMF jikkritika biss lill-pajjiżna meta dan ir-rapport jfaħħar l-istabilità finanzjarja ta’ pajjiżna. Jgħid ukoll, b’mod skorett, li l-4th Anti-Money Laundering Directive mhux qed tigi implimentata , meta din qed tiġi implimentata kollha għajr punt wieħed li bħalissa hemm diskussjoni fuqu mal-Kummisjoni Ewropea.

Delia għadu ma ndunax bil-messaġġ konsistenti tal-poplu li ma jridx lil min ikompli jitkellem u jaħdem kontra l-pajjiż. Minflok ikkonvinċa lill-kumplament ta’ sħabu, li kien isejjhilhom il-klikka, biex jabbandunaw din l-idea, inġarr magħhom. Għadu ma fehemx li l-istess diskors jagħtik l-istess riżultati jekk mhux agħar.

Adrian Delia akkuża wkoll lil dan il-Gvern li ma jippjanax. Ir-riżultati jitkellmu waħidhom dwar il-pjanijiet u l-viżjoni ta’ dan il-Gvern.

Jekk hawn xi ħadd li ma jippjanax hu Adrian Delia nnifsu – bla pjan għal partit tiegħu stess u bla pjan għal pajjiż

 

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista

 

Aqsam ma' ħaddieħor

Share on facebook
Share on twitter
Share on linkedin