Għin
lill-Partit Laburista
April 28, 2020
Adrian Delia spiċċa jgiddeb lilu nnifsu biex jiddefendi lil Jason Azzopardi
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fid-dagħdiha li ma jiksirx difrejh ma’ min ftit tax-xhur ilu sfidah biex ma jibqax imexxi l-Partit Nazzjonalista bil-famużi blue heroes, qed jibqa’ jiddefendi lil min ikkundanna lil eroj veri li jsalvaw in-nies minn fuq il-baħar.
Tant qed jiddefendi lil Jason Azzopardi li spiċċa nesa xi jkun qal u spiċċa giddeb lilu nnifsu.
L-aħħar dikjarazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li l-Kelliem tiegħu għall-Ġustizzja Jason Azzopardi m’għamel l-ebda kwerela fil-konfront tas-suldati tal-Armata, hija konferma oħra ta’ kemm Delia lanqas jaf x’inhu jgħid.
Ġimgħat ilu fuq l-istazzjon nazzjonali, minkejja li ddefendih, qal li kieku kien hu ma kienx jagħmel din il-kwerela.
Illum qed jgħid li din ma saritx.
Il-kelliem ewlieni tal-Ġustizzja Jason Azzopardi flimkien ma’ Repubblika u bl-appoġġ tal-Oppożizzjoni, ressaq żewġ kwerili lill-Aġent Kummissarju tal-Pulizija, bl-akkuża gravi li l-Armata, il-Brigadier u l-Prim Ministru wettqu omiċidju, jiġifieri qtil volontarju, ta’ għadd ta’ immigranti fuq il-baħar.
Din l-azzjoni wasslet biex tibda investigazzjoni fil-konfront tal-membri tal-ekwipaġġ tal-P52 u li kaġun tagħha ġiet imxekkla l-ħidma bla heda li kienu qegħdin jagħmlu b’risq il-poplu Malti u Għawdxi.
Delia spiċċa m’għandu l-ebda kredibbiltà u m’għandux iżjed meta qed jibqa’ jiddefendi nies li l-kredibbiltà ilhom li tilfuha.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.