• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

November 17, 2019

Aħna l-moviment tal-kredibilità

“Il-konsistenza u l-kredibilita’ huma tnejn mill-pilastri l-kbar li fuqhom huwa mibni dan il-moviment. Il-ġid kulħadd jaf jarah imma mhux kulħadd jaf joħolqu. Dan il-moviment jaf joħloq u jqassam il-ġid għal kulħadd u l-aktar lil min għandu bżonn.”

Dan qalu l-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat dalgħodu fir-Rabat fejn spjega kif dawn iż-żewġ fatturi jiddistingwixxu lill-Gvern mill-Oppożizzjoni. Saħaq li filwaqt li dan hu gvern li taf fejn inti miegħu, l-Oppożizzjoni mimlija inkonsistenzi u qisha pinnur tagħmel dak li skontha jaqblilha tagħmel fil-mument.

“Inti mhux tkun immexxi minn dawk li taħseb li n-nies iriduk tgħid imma li tikkonvinċi lin-nies b’dak li temmen inti,” qal il-Prim Ministru.

Dwar dan, il-Prim Ministru semma diversi eżempji ta’ sitwazzjonijiet li seħħew fl-aħħar ftit jiem li jixhdu dan. Sostna li bħalissa, fil-Parlament, qed tkun diskussa l-liġi tal-ugwaljanza, liġi li trid twassal biex kulħadd ikun trattat l-istess u jkollu l-istess drittijiet. “Għadna sal-lum ‘il ġurnata ma nafux x’inhi l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni dwar din il-liġi,” kompla Muscat filwaqt li emfasizza kif ċertu affarijiet jinkixfu minn affarijiet li tagħmilhom mingħajr lanqas biss tinduna. Hawnhekk spjega kif f’artiklu ppublikat illum stess il-Partit Nazzjonalista ħareġ jattakka żewġ tfajliet sempliċiment għax daħħlu tal-programm LEAD biex jitħajru jidħlu għad-dinja tal-politika. “Jattakkawhom personalment, familjari biex jippruvaw jiddieħku bihom…u jippruvaw jaqtgħu qalb tfajliet oħra jidħlu fil-ħajja pubblika.”

Hawnhekk, il-Prim Ministru reġa’ ħa l-okkażjoni jinkoraġixxi lin-nisa kollha biex ma jiddejqux jagħmlu dan il-pass.

“Irrid nerġa nagħti l-kuraġġ lin-nisa kollha li jridu jidħlu fil-ħajja pbblika u ngħidilhom li dan hu l-moviment naturali biex in-nisa jinvolvu ruħhom.”

Eżempju ċar ieħor fejn il-gvern jikkuntrasta mal-Oppożizzjoni hija l-mina bejn Malta u Għawdex. Muscat saħaq li għal xhur sħaħ, l-Oppożizzjoni biddlet il-verżjoni tagħha diversi drabi. Jekk illum tkun favur, għada tkun kontra. Hawnhekk, il-Prim Ministru faħħar il-ħidma tal-Gvern wara l-maltempata ta’ din il-ġimgħa. “Ġejna f’sitwazzjoni fejn anke lill-Għawdxin li nqabdu Malta, ingħataw kumpens. Il-pass li jmiss hu li dawn il-ġrajjiet ma jerġgħux jirrepetu ruħhom.

Hawn il-Prim Ministru kien skjett: “Aħna m’aħniex il-moviment tal-pinnur. Aħna l-moviment tal-kredibilita’ u l-konsistenza.”

Filwaqt li l-poplu konxju u jistaqsi dwar ċertu punti, il-Prim Ministru saħaq li dan il-poplu jafda lil dan il-Gvern biex isolvi dawn l-affarijiet. Ma jafdax l-Oppożizzjoni minħabba kwistjoni ta’ kredibilita’.  “Fil-Partit Laburista, mhux nies ma jridux jimxu miegħi għandi imma nies li qegħdin kollha qaqqoċċa. Irridu nkunu umli li naraw li nispjegaw li nifhmu fejn saru żbalji, nikkoreġu l-iżbalji u nibqgħu mexjin ‘il quddiem b’serenita’,” kompl l-Prim Ministru.

Gvern li jemmen fl-istituzzjonijiet 

Il-Prim Ministru spjega li xogħolu hu li jiddefendi l-istituzzjonijiet.  Għall-kuntrarju tal-Oppożizzjoni li sal-ġimgħa l-oħra stess, kienu jattakkaw in-nies kollha tal-ġudikatura, il-Prim Ministru emfasizza r-rispett tiegħu lejn kull membru tal-ġudikatura, ħatru min ħatru, għamlu min għamlu.

Il-Prim Ministru spjega li jumejn ilu, intlaħaq ftehim bħala gvern mal-familja Caruana Galizia dwar l-inkjesta indipendenti dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

“Jien poġġejt fl-istess kamra ma’ dawn il-persuni biex nuri li l-Istat Malti joħroġ il-fatti kollha. Wara ġimgħat ta’ negozjati, hemmhekk ukoll wasalna u kien hemm min qalli li kelli nċedi. Din mhux kwistjoni ta’ li ċċedi. Hija kwistjoni ta’ sens komun. Jien l-ewwel wieħed li rrid li l-fatti kollha jkunu qed joħorġu.

“Aħna bħala partit irridu nistabilixxu ruħna li jissalvagwardja l-istituzzjonijiet f’pajjiżna. Il-fatti ħa jkomplu juru li l-istituzzjonijiet f’pajjiżna jaħdmu… Ħadd ma jkun jista’ jimxu b’impunita’ u d-deċiżjonijiet, iebsin kemm ikunu iebsin, isiru dejjem. Dawk id-deċiżjonijiet dejjem ħadthom u ħa nkompli neħodhom.”

F’każ ieħor li seħħ it-Tnejn li għadda, il-Prim Ministru fisser id-dettalji dwar x’seħħ eżattament fil-każ tal-libell li fetaħ Keith Schembri kontra Simon Busuttil. Il-Prim Ministru fisser li l-mistoqsijiet diġa’ twieġbu fl-inkjesta u ttieħed ir-raġunament li saret għażla bejn jew jitkompla l-libell u taqa’ l-inkjesta jew bil-kontra. Għal raġunijiet ovji, il-Prim Ministru fisser li aħjar ikollok inkjesta li tasal milli libell li jasal. Fid-dawl ta’ dan, Muscat qal li ‘d-deċiżjonijiet u l-fatti jridu jkunu magħrufa kollha. Nittama li l-inkjesta ma ddumx ma tagħlaq u ma ddumx biex tiġi deċiża biex kulħadd ikun jaf il-fatti kollha… Meta kienu vvintaw fuqi u fuq Michelle, iż-żmien tana raġun. Għalhekk ukoll nittama li l-inkjesta la darba toħroġ, inkunu nistgħu nieħdu d-deċiżjonijiet.”

Joseph Muscat qal li l-kwistjoni prinċipali li tinteressa ‘l kulħadd hi l-livell tal-għixien, il-kwalita’ ta’ ħajja. Il-fatt li l-familji jgħixu aħjar milli kienu jgħixu qabel u għalhekk inħares ‘il quddiem li dan nistgħu nagħmluh bil-fatti. Fil-Milied li ġej, il-familji jkollhom aktar flus fil-but, lill-pensjonanti tagħna mill-ewwel ta’ Jannar tas-sena d-dieħla jkollhom seba’ ewro żieda fil-ġimgħa. Inkomplu nagħtu lill-familji tagħna dak li jixirqilhom, il-ġid li jasal għand kulħadd.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
4 hours ago
Partit Laburista
Id-differenza bejn Robert Abela u Bernard Grech

Għal ħaddieħor, l-għajnuniet li jagħti l-Gvern mhumiex sostenibbli. Irid jipprova jaqtagħlek qalbek.

Id-direzzjoni tagħna hija ċara. Ingħaqad magħna.

Ċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 38
  • Shares: 33
  • Comments: 2

Comment on Facebook

Haddiehor f' l- Opposiizzjoni kollox BABAW, Izda meta jkunu fit-TMEXXIJJA JKUNU HEMM BISS BIEX JIGU SERVUTI W MHUX BIEX JSERVU LIL POPLU MALTI.

Partit Laburista
21 hours ago
Partit Laburista
1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn. 

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org

1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn.

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 78
  • Shares: 69
  • Comments: 1

Comment on Facebook

Partit Laburista
1 day ago
Partit Laburista
RENEW

Ingħaqad magħna! ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 70
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Ir-ruħ soċjali tal-Partit Laburista

It-twemmin soċjalista tagħna qatt mhu se jħallina nkunu indifferenti. Għalhekk għandek tingħqad magħna s-Sibt li ġej fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 66
  • Shares: 48
  • Comments: 8

Comment on Facebook

Well done prim

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL DAK KOLLU LI QED TAGHMLU GHAL Malta 🇲🇹 👌 GVERN Tar- RIFORMI, TA' VERU GHAX MA JIBZAX JEHODHOM.

Tajjeb

socjalista ??? din xi tkun dil kelma ?? grazzi rajtha qalbek

PAROLI FIL VOJT U FEJN THARES TARA L HBIP TAL HBIP.

Hadd ma jaqa lura imma malta waqet lura ghax mill hazin ghall ghar

Ghadu Partit Socjalista,fil Verita m ghadux..

Dr Abela il bank ghandu il policies tieghu jigiefiri u mhux ha jiehu riskju kbir biex issellef flus lil nies mhux daqsek stabli.

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 121
  • Shares: 94
  • Comments: 3

Comment on Facebook

Great picture Alfred Sant

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek