Skip to content

min aħna

Avviż mill-Kummissjoni Elettorali tal-Partit

Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista se tkun qed tilqa’ nominazzjonijiet għall-kandidat li se jkunu nominat f`isem il-Partit għall-ħatra ta` President tar-Regjun tat-Tramuntana, fl-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.
Membri tal-Partit Laburista jistgħu jiġu nominati għall-ħatra imsemmija f`dan l-avviż, u formola tan-nominazzjoni tista’ tinkiseb mis-Segretarjat tal-Partit, minn dak il-membru interessat li jikkontesta għal dik il-kariga.
In-nominazzjonijiet jiftħu nhar l-Erbgħa 7 ta` Lulju 2021 u jagħlqu nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Lulju 2021 fis-6.00 ta` filgħaxija u għandhom jitwasslu bl-idejn fis-Segretarjat tal-Partit kif ġej:
Fil-jiem ta` l-Erbgħa u l-Ħamis 7 u 8 ta` Lulju 2021 bejn id-disgħa ta’ filgħodu (9.00am) u Seba ta’ filgħaxija (7.00pm);
Fil-jum tal-Ġimgħa 9 ta` Lulju 2021 bejn id-disgħa ta` filgħodu (9.00am) u s-sitta ta’ filgħaxija (6.00pm).
L-ebda nominazzjoni ma tiġi aċċettata wara l-ħin tal-għeluq tan-nominazzjonijiet.

Avviż mill-Kummissjoni Elettorali tal-Partit

Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista se tkun qed tilqa’ nominazzjonijiet għall-kandidati li se jkunu nominati f`isem il-Partit għall-ħatriet fl-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.

Membri tal-Partit Laburista jistgħu jiġu nominati għall-ħatriet imsemmija f`dan l-avviż, u formola tan-nominazzjoni tista’ tinkiseb mis-Segretarjat tal-Partit, minn dak il-membru interessat li jikkontesta għal dawk il-karigi.

In-nominazzjonijiet jiftħu nhar l-Erbgħa 23 ta’ Ġunju 2021 u jagħlqu nhar il-Ġimgħa 25 ta` Ġunju 2021 fis-6.00 ta` filgħaxija u għandhom jitwasslu bl-idejn fis-Segretarjat tal-Partit kif ġej:-

Fil-jum tal-Erbgħa 23 u l-Ħamis 24 ta’ Ġunju 2021, bejn id-disgħa ta’ filgħodu (9.00am) u tmienja ta’ filgħaxija (8.00pm);

Fil-jum tal-Ġimgħa 25 ta’ Ġunju 2021 bejn id-disgħa ta` filgħodu (9.00am) u s-sitta ta’ filgħaxija (6.00pm).

L-ebda nominazzjoni ma tiġi aċċettata wara l-ħin tal-għeluq tan-nominazzjonijiet.

Il-Kummissjoni Elettorali – Partit Laburista