Għin
lill-Partit Laburista
November 5, 2023
Baġit b’saħħtu minn gvern li jifhem ir-realtajiet tan-nies
“Budget li twieled mid-diversi laqgħat milli kellna man-nies, minn hemmhekk twieldu l-ideat u se nwettquhom fil-budget għas-sena d-dieħla…Biex il-poplu jaħtaf l-opportunitajiet, trid tinċentivah u dak li għamilna.”
Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela qal dan f’intervista fejn spjega kif l-inflazzjoni li qed tiddomina d-dinja bħalissa, dan il-gvern irreaġixxa għaliha b’numru ta’ miżuri b’saħħithom filwaqt li ta l-viżjoni tal-pajjiż għall-għaxar snin li ġejjin.
Primarjament is-sussidju tal-enerġija, il-Prim Ministru qal kif l-imsieħba stqarrew li mingħajr dak is-sussidju ta’ €350 miljun, in-negozji kienu jagħlqu. Sostna wkoll kif li kieku l-gvern adotta l-istrateġija tal-Partit Nazzjonalista li l-prezzijiet tal-lokal jiġu ddettati skont is-suq internazzjonali, ifisser li Bernard Grech irid jeħodlok €3,000 fis-sena filwaqt li r-riperkussjoni fuq l-ekonomija kienet tkun negattiva ħafna bħalma qegħda fi stati membri oħra Ewropej. Il-Prim Ministru emfasizza wkoll kif mhux b’kumbinazzjoni li t-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna huwa għaxar darbiet aktar mill-medja Ewropea filwaqt li rreġistra l-anqas rata ta’ qgħad ukoll.
Apparti din il-miżura ewlenija, l-akbar żieda fil-paga minima hija kisba nazzjonali. L-akbar żidiet fil-pensjonijiet, tisħiħ fl-in-work benefit u għexieren ta’ miżuri oħra huma mmirati biex isostnu l-familji u n-negozji.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.