• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

October 27, 2019

Bdejna naħsbu fuq l-isfidi tal-ġenerazzjonijiet li jmiss

Il-pajjiż ġibnih f’sitwazzjoni li llum jista’ jibda jaħseb fuq l-isfidi tal-ġenerazzjonijiet li jmiss. Kien dan il-messaġġ tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, f’laqgħa politika fil-Mosta.

F’diskors iffokat fuq l-oqsma tal-edukazzjoni, is-sehem tan-nisa fil-politika u l-bidla fil-klima, Joseph Muscat, tenna li Malta llum hix titkellem dwar il-problemi tal-ġimgħa d-dieħla iżda dwar id-deċiżjonijiet li se jgawdu minnhom tfal li għadhom lanqas twieldu.  “Hemm fejn neċċelaw bħala moviment,” qal il-Prim Ministru.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat beda d-diskors tiegħu b’referenza lejn ir-rivoluzzjonijeit siekta li qegħdin isiru f’pajjiżna f’oqsma differenti li r-riżultat tagħhom ħa jkun qed jidher u jkunu xhieda tiegħu l-ġenerazzjonijiet li jmiss. “Lil hinn mir-retorika li ħafna drabi nisimgħu, verament ikollna pajjiż li nħallu lil uliedna ferm aħjar milli sibnieh aħna.”

Muscat spjega kif il-punt prinċipali dejjem tibqa’ l-ekonomija imma mhux biss. “Aħna m’aħnies sodisfatti biss bl-ekonomija. Il-ġid li jagħmel differenza fil-ħajja tan-nies. Fl-edukazzjoni nista’ ngħid li qiegħda ssir waħda mill-aktar rivoluzzjonijiet siekta.” Hawnhekk, il-Prim Ministru rrefera għal kif il-gvernijiet kollha preċedenti ħadmu fil-qasam tal-edukazzjoni iżda dan il-gvern qed jaħdem b’mudell differenti. Fejn mhux biss jinbnew skejjel ġodda, iżda jsir investiment f’oħrajn li jeżistu u oqsma oħra bħal l-infrastruttura teknoloġika. Hawn fakkar kif kienet implimentata b’mod sħiħ il-wiegħda tat-tablets fl-iskejjel u issa jmiss fażi oħra. “Issa t-tieni fażi għall-middle schools li naraw li jkun hemm investiment infrastrutturali għal uliedna biex mhux biss tkun taf taqra u tikteb. Dak mhux biżżejjed. Tkun litterat fil-mod ta’ kid tuża t-teknoloġija. It-talent instintiv li għandhom uliedna jrid jingħata l-bażi biex jagħżlu t-triq ‘il quddiem fl-edukazzjoni”, kompla l-Prim Ministru.

It-tielet investiment kbir li ma jingħatax biżżejjed importanza huwa s-sistema li bdiet minn din is-sena fejn fl-iskejjel ta’ kuljum, dawk it-tfal li għandhom ċertu abbiltajiet jew iridu jispeċċjalizzaw aktar fil-qasam vokazzjonali, jistgħu jagħmlu dan fl-iskola tagħhom.

Hawn il-Prim Ministru nnota t-tnaqqis fir-rata tal-early school leavers u hawn spjega kif id-diskussjoni li jmiss fl-edukazzjoni hija marbuta mal-eta’ obbligatorja. Elenka l-isfidi li jkun hemm jekk tittieħed deċiżjoni ta’ dan it-tip filwaqt li mmarka wkoll il-vantaġġi.

Joseph Muscat emfasizza kif fost l-aktar persuni li jkollhom pressjoni huma tfajliet u subien li ġejjin mill-familji fqar. “Dan ifisser li żgħażagħ ta’ 16 -il sena ħa nċaħħdulhom sentejn salarju? Ifisser li dawk is-sentejn iwasslu għal salarju ferm aħjar fis-sentejn ta’ wara. Din hija parti mis-sostenibilta’. Fejn irridu nwasslu l-pajjiż. Is-sodisfazzjon kbir huwa li ġibna l-pajjiż komdu biżżejjed biex nasbu għall-ġenerazzjonijiet li jmiss mhux għall-ġimgħat li jmiss. Mhux x’ħa jiġri u l-problemi tal-ġimgħa d-dieħla iżda l-problemi u l-isfidi għall-ġenerazzjonijiet ta’ wara,” saħaq il-Prim Ministru.

Bidla oħra li tkellem dwarha l-Prim Ministru hija dik marbuta mas-sehem tan-nisa fil-politika u hawn reġa’ emfasizza li trid issir xi ħaġa biex fl-immedjat tibda tintlaħaq din l-ugwaljanza. Innota kif il-programm LEAD reġa’ ġibed lejh is-sehem ta’ 31 mara u rrefera għall-konsultazzjoni li qed iwettaq il-gvern bil-għan li issa jkun hemm il-passi li jmiss.

Dan kollu hu marbut mas-sostenibbiltà u hawn tkellem fit-dettall dwar il-viżjoni tal-gvern quddiem  sfidi bħal bidla fil-klima. Kien ċar li l-gvern ma jridx jimplimenta l-bidla billi jweġġa’ lil min jiflaħ l-inqas kif kien jiġri fi żmien gvernijiet nazzjonalisti.

Irrefera wkoll għall-diskors li kien għamel l-eks Prim Ministru Laurence Gonzi fejn spjega kif dan tal-aħħar ivvota bil-qalb kontra l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni ta’ dak iż-żmien biex jorħsu l-kontijiet tal-enerġija għax kienet tmur kontra li jemmen hu, il-prinċipji li jemmen fihom u l-interess nazzjonali fit-tul.”

Il-Prim Ministru sostna li l-eks Prim Ministru “kien qed jgħid ma jridx inaqqas il-kontijiet mhux b’kapriċċ imma għax aħna ma jistax ikollna dħaħen fl-ajru u l-unika mod huwa li n-nies jaqtgħulhom qalbhom li jixegħlu d-dawl.” Min-naħa tiegħu, Muscat spjega kif dan il-gvern huwa konxju b’dawn l-isfidi tant li kien hu li ħaseb “f’pipeline li jgħaqqadna mal-ewropa li għandu x’jaqsam mal-gass, għalaqna l-power station tal-Marsa, il-kontijiet mhux għollejnihom imma raħħasnihom, u naqqasna l-emmissjonijiet mingħajr ma batew il-pensjonanti u l-familji. Din hija biss l-ewwel aprti mill-isfida.”

Joseph Muscat tkellem ukoll dwar il-bidla għal karozzi elettriċi u l-ħtieġa li anke l-bini ikun effiċjenti f’dak li hu enerġija. Hawn Joseph Muscat spjega fit-tul kif filwaqt li jimplimenta l-bidliet il-gvern irid jaħseb ukoll fil-pensjonanti u l-ħaddiema għaliex dan hu gvern li ma jiqafx biss ma li jagħmel il-liġi.

“Ħaddieħor jaqbad u jiffirma l-liġijiet imbagħad jgħidlek iħallsu l-pensjonanti, iħallsu l-familji, iħallsu l-ħaddiema. Aħna nagħmlu l-liġijiet imma ngħinu lil kull settur tas-soċjeta’ biex nagħmlu l-bidliet.”

Dan kollu jorbot mal-edukazzjoni u kif “nedukaw lilna nfusna l-bidliet li għandna bżonn nagħmlu għaż-żmien li ġejjin. Dan il-gvern, dan il-moviment solva ħafna mill-problemi li writna. Jirrikonoxxi wkoll li għandna problemi ġodda, problemi ta’ ġid u dan il-gvern se jkompli jsolvi dawn il-problemi biex inkomplu nikbru flimkien.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Fiduċja f’aktar investiment.

Messaġġ ta’ fiduċja lill-investituri li jridu jinvestu f’pajjiżna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 70
  • Shares: 41
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ Ghal dak kollu li qed taghmlu ghal Pajjizna!

Prosit Prim Ministru

Proset

Korrott

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Grazzi tal-merbħa sabiħa fĦad-Dingli. 🔴

Grazzi tal-merbħa sabiħa f'Ħad-Dingli. 🔴 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 91
  • Shares: 6
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Organizzazjoni kriminali taghmel gathering 😎

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 317
  • Shares: 41
  • Comments: 23

Comment on Facebook

GREAT, GREAT MAN VERY HANDSOME!!!

Keep up the good work!

Nixtieq naf why great man meta qiegħed naraw dan kollu??? Dawn il prezzijiet dawn il bini kollox lanqas tieħu n-nifs....tumur is-sptar ħlief Arab u barranin. Tafu meta titkellmu meta ikollok il mart serju fil familja. Kelli nihu il mara tieghjaj st James al kurra għax ċertu instrumenti għanda ix xur tistena u ghara matibilawx li Services Mater Dei. Hu Tal Malti. Rubbish sur prim ministru.

Have a wonderful day!

The best

Viva Robert

Viva Robert Viva il Labour ♥️

veru li il Ministru tal finanzi qal li ha nigu 800 elf ruh ? Mela vera tridu iddejqu lill Alla li halaqkhom

M andix dubju li se tikseb iktar .... Ghalik u ghal shabek 😁😁😁

Fiducja fpajjizma iva imma fil Bobby le

youtu.be/VFq3Ige0-3A

View more comments

Partit Laburista was live.
3 days ago
Partit Laburista
Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli

Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 87
  • Comments: 11

Comment on Facebook

Kburin Bik 👏❤️

Prosit am proud of you

Watching you good as always

Proset tassew kliem MIRQUM MIT TNEJN LI INTKOM ISAHHA LILKOM U INHARSU IL QUDDIEM ISAHHA ❤❤

Proset Prim dejjem tissoda.

Proset

Prosit lil kulhadd

Prosit Dr Josianne Cutajar

So proud 👍❤️

Proud I support Labour

View more comments

Partit Laburista
4 days ago
Partit Laburista
Prosit lil Team Malta. 🇲🇹

Prosit lil Team Malta. 🇲🇹 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 543
  • Shares: 42
  • Comments: 115

Comment on Facebook

Great job 👍well done Malta team, you made us proud.

Proset keep up the good work

Viva Malta

Viva Malta

Well done to all you were marvelous.viva Malta Grazzi.

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Well done to all involed. Thank you so much.

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Proset lil Kullhadd Viva Malta 🌹🌹🌹

Well done!! MALTA

Well done!!

Well done, tks il kullhadd bravi, well organised,

Well done

Well done!!

Well done!!Malta🇲🇹🇲🇹🇲🇹

Well done!! Malta 🇲🇹🇲🇹

Well done!!

Well done

Well done!! Malta

Well done!!

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek