Bernard Grech b’deputat li jiftaħar li ffirma kontra s-suldati

Bernard Grech b’deputat li jiftaħar li ffirma kontra s-suldati

Il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu deputat Parlamentari li sal-lum stess tkellem bi kburija dwar is-sehem tiegħu f’kawża li setgħet tefgħet lis-suldati l-ħabs.

 

Minflok Bernard Grech talab skuża f’isem min fi ħdanu ffirma kwerela kontra persuni li jagħtu ħajjithom għal pajjiżna, dawn id-deputati qed iqumu jitkellmu ħdejh fil-Parlament biex jiġġustifikaw dak li għamlu.

 

Id-deputat Joe Ellis iddefenda l-aġir tiegħu l-għada li l-kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Intern, Beppe Fenech Adami, iddefenda l-aġir ta’ Jason Azzopardi li wkoll kien parti minn dan l-attakk kontra l-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta.

 

Lis-suldati, il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech jagħżel li jibqa’ jattakkahom, filwaqt li l-Gvern tahom kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar li minnhom qed igawu l-familji tagħhom.

Share