Għin
lill-Partit Laburista
November 9, 2020
Bernard Grech ifalli fl-ewwel test ta’ governanza tajba
Il-Kap tal-Oppożizzjoni falla bil-kbir fl-ewwel test ta’ governanza tajba li ġie quddiemu.
Dan kien il-messaġġ ewlieni f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Partit Laburista b’reazzjoni għal-rapporti li dehru fil-ġurnali tal-Ħadd dwar id-deputat ewlieni tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Jason Azzopardi.
Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Glenn Bedingfield sostna li dawn ir-rapporti, li kkonfermahom Jason Azzopardi stess, qed ikomplu jikxfu s-sistema ta’ double standards tal-Partit Nazzjonalista.
Spjega wkoll kif dan kollu jitfa’ responsabilità kbira fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech li quddiem dan kollu għadu lanqas biss lissen kelma waħda.
“Ir-reazzjoni ta’ Jason Azzopardi kienet waħda pwerili fejn qal li ma setax isib lukanda u Bernard Grech milli jidher emmnu. Ġaladarba emmnu allura issa r-responsabilità tintefa fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni li quddiem dan kollu baqa’ sieket u ma lissinx kelma waħda. Dan minkejja l-ħafna d-diskors u buzz-words li għamel Bernard Grech dwar il-ġustizzja u l-governanza t-tajba.”
Waqt l-istess konferenza, il-Ministru Owen Bonnici spjega li Grech ma tkellimx fuq dan kollu għaliex huwa dgħajjef wisq quddiem Jason Azzopardi.
Fil-fatt spjega kif dan kollu juri biċ-ċar kemm Bernard Grech għandu idejh marbutin b’Jason Azzopardi u l-klikka tiegħu li poġġewh bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni.
“L-ipokresija, id-double standards u n-nuqqas ta’ kredibilità huma traits ta’ Jason Azzopardi. Bin-nuqqas ta’ azzjoni Grech qed iħaddan miegħu dan kollu u mhux biss qed jikkonferma kemm għandu idejh marbuta fil-konfront ta’ Azzopardi imma kemm huwa stess qed ifalli l-ewwel test li ġie quddiemu għax he doesn’t walk the talk.”
Bernard Grech qatt ma jista’ jittieħed bis-serjetà. Il-Partit Nazzjonalista jitkellem mod u jagħmel mod ieħor.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.