Għin
lill-Partit Laburista
July 26, 2023
Bħala Gvern ninsabu ffukati fuq l-effetti li l-isfida klimatika ġabet f’pajjiżna.
“L-iskop tal-laqgħa ta’ din il-ġimgħa mal-imsieħba soċjali hu mifrux u ssejħet għal tliet għanijiet.
L-ewwel. Biex jingħata rendikont dettaljat ta’ x’kien qed isir u x’qed isir biex fl-immedjat nindirizzaw l-isfida.
It-tieni. Biex nispjegaw il-pjan b’saħħtu li għandna għat-tisħiħ tad-distribuzzjoni f’pajjiżna.
It-tielet. Biex flimkien nitkellmu u nifhmu l-impatt tal-isfida tal-bidla fil-klima. Sfida li d-dinja kollha konxja tagħha imma li qed naraw li l-effetti tagħha qed jinħassu ferm qabel mistenni.
Irridu naħdmu flimkien. Kull sfida li kellna hekk għelibniha.”
Dan qalu l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela f’intervista fuq ONE Radio fejn saħaq kif l-aħħar jiem kienu diffiċli. Diffiċli għal Malta u għal ħafna pajjiżi ġirien tagħna.
Robert Abela emfasizza kif hu dejjem qies l-MCESD bħala l-forum importanti biex il-Gvern jispjega l-ħidma li qed jagħmel u l-pjanijiet tiegħu.
“Il-Gvern sensittiv għal dak li hu għaddej. U jrid jiddjaloga daqskemm jaħdem biex jagħti s-soluzzjonijiet.
Mhux biss kellna l-ħaddiema tal-Enemalta jaħdmu lejl u nhar, iżda ttieħdu anke inizjattivi oħra bħal servizz ta’ respite għall-anzjani mill-Ministeru għall-Anzjanita Attiva. Għaliex nifhmu fejn hemm id-diffikultajiet u rridu nindirizzawhom.”
Il-Prim Ministru spjega wkoll kif pajjiżna din is-sena laħaq domanda rekord ta’ 663MW.
“Kieku ma sarx l-investiment, il-pajjiż ma kienx ikollu biex ilaħħaq ma’ din id-domanda, li ma tiġix minn fattur wieħed imma minn ħafna flimkien, fosthom l-elettrifikazzjoni ta’ ħafna faċilitajiet f’ħajjitna. Kif qed naraw anke f’pajjiżi oħra. Tant għandna pjan, li l-manifest elettorali li morna bih għall-elezzjoni kellna ħames proposti ċari li jitkellmu fuq id-distribuzzjoni. Min jiftaħ il-manifest elettorali u l-parti tal-enerġija jara pjan sħiħ. Tkellimna dwar 200 substation ġdida, ċentri ta’ distribuzzjoni ġodda fin-Naxxar, il-Mosta, il-Għargħur fost oħrajn – il-pjan kien li dawn isiru fuq leġiżlatura sħiħa. Fl-aħħar sena u nofs saru 66 substation ġdida.”
Robert Abela qal ukoll kif l-isfida mhux biss li jiżdiedu l-fondi u l-investiment imma li jkun aċċelerat ukoll ix-xogħol.
“U se nagħmlu dak kollu meħtieġ biex naċċelleraw ix-xogħol. Iktar ma jaċċelleraw il-bidliet, iktar rridu naċċelleraw aħna biex nlaħqu magħhom.”
Fl-aktar mument ta’ sfida għall-pajjiż l-Oppożizzjoni dejjem tkun partiġġjana
“Din mhux illum biss. Rajniha fil-pandemija l-istess. Riedu lill-pajjiż fi stat ta’ emerġenza permanenti. Aħna xogħolna hu li naħdmu.Il-logħob politiku partiġjan mhux se jagħti lura d-dawl lin-nies. Hija l-ħidma tal-ħaddiema tal-Enemalta u l-Gvern li se jwasslu biex jittaffew id-diffikultajiet li qed jinqalgħu,” sostna l-Prim Ministru.
Ir-riforma dwar il-liċenzjar tal-bennejja se tgħolli l-livell fis-settur tal-kostruzzjoni
Dan huwa l-ewwel Gvern li daħħal għall-ewwel darba l-liċenzja tal-kuntratturi li tpoġġi numru ta’ obbligi li ma kinux jeżistu qabel.
“Dan settur fejn il-livelli jridu jitilgħu u min ma jridx jilħaq dawn il-livelli postu mhux fis-settur… Ir-regoli proposti qed jiddefinixxu x’ħiliet irid ikollha persuna biex taħdem bħala bennej f’Malta. Irridu t-taħriġ biex nassiguraw li kemm dawk li se japplikaw għal-liċenzja l-ewwel darba kif ukoll dawk li diġa’ kisbu l-liċenzja jkomplu jtejbu l-ħiliet tagħhom u jkunu aktar konxji tal-aqwa prattiċi fis-settur tal-bini.”
“B’dawn ir-riformi, li qed isir hu li f’kull livell ta’ proġett irridu naraw li hemm responsabbiltajiet ċari u stabbiliti. Fejn ħadd ma jaħrab mir-responsabbiltajiet tiegħu. Għax irridu nipproteġu l-ħaddiema, irridu nieħdu ħsieb il-ġirien, irridu l-kwalità iktar milli l-kwantità.”
Uffiċċju tal-Komunikazzjoni
Partit Laburista
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.