• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

April 26, 2020

“Bidla li turi l-messaġġ b’saħħtu tal-Gvern favur Governanza tajba” – il-PM

“Il-bidla fil-proċess tal-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija turi l-messaġġ b’saħħtu tal-Gvern favur governanza tajba. Il-governanza tajba li għandha tkun il-bażi ta’ tmexxija tajba. Dan il-proċess ġdid jimxi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja, u huwa proċess innovattiv li se jitħaddem għall-ewwel darba f’pajjiż u li se jgħaddi mill-għarbiel Parlamentari.”

 

F’intervista fuq ONE, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela spjega l-ikbar differenza f’dan il-proċess, li filwaqt li fil-passat, il-Kummissarju tal-Pulizija dejjem inħatar mill-eżekuttiv tal-pajjiż, din id-darba se jinħatar fi proċess li beda din il-ġimgħa b’sejħa pubblika. Wara, jibda proċess quddiem il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku b’żewġ membri tal-Gvern, żewġ membri tal-Oppożizzjoni u Ċermen li jgawdi l-fiduċja taż-żewġ naħat. Id-deċiżjoni finali se tkun tal-Parlament, bil-Membri Parlamentari mhux biss se jieħdu vot imma jagħmlu wkoll numru ta’ domandi relevanti mal-qadi tad-dmirijiet relatati ma’ din il-kariga.

 

Hawnhekk il-Prim Ministru kellu appell għall-Oppożizzjoni.

 

“Nappella lill-Oppożizzjoni biex bħalma wasalna għal qbil unanimu bla preċedent dwar il-ħatra tal-Prim Imħallef, naqblu wkoll dwar dan. Jiena nittama li f’dan il-proċess jiġri l-istess fejn il-Parlament għandu opportunità storika li jkun hu li jagħti s-siġill finali. Ix-xewqa tiegħi hija li jkollna persuna verament denja li tokkupa kariga tant importanti li tissimbolizza s-saltna tad-dritt u l-infurzar tal-liġi. Mhux biżżejjed li jkollna qafas ta’ liġijiet b’saħħtu imma l-infurzar tajjeb ta’ dawk il-liġijiet. Entużjast għal dan il-proċess li r-riżultat finali tiegħu se juri li aħna pajjiż li jemmen u huwa konvint b’saltna tad-dritt tajba u robusta li tmexxina ’l quddiem għal bidliet importanti oħra li jikkumplimentaw it-tisħiħ ekonomiku u soċjali ta’ pajjiżna.”

 

“Minflok ngħidulhom grazzi, inpoġġuhom f’inkjesta li tista’ titfagħhom għomorhom il-ħabs”

 

Il-Prim Ministru Robert Abela wera d-dispjaċir tiegħu għall-mossa li saret mill-kelliem ewlieni għall-Ġustizzja tal-Oppożizzjoni Jason Azzopardi fil-konfront tiegħu, tal-Brigadier u tas-suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta. Mossa li ġiet appoġġjata mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li kellu opportunità li jiddistakka ruħu minnha, iżda li minflok għamel tiegħu l-mod kif mexa Azzopardi.

 

“Ma rajna ebda kundanna mill-Oppożizzjoni għal dak li sar. Ma smajthiex tgħid li l-proċeduri kontrija, kontra l-Brigadier jew kontra s-suldati għandhom jieqfu. Kburi b’li għamilna fl-operazzjoni ta’ salvataġġ meta konna f’ċirkostanza unika fejn ridna nipproteġu s-saħħa tal-Maltin u nikkordinaw is-salvataġġ ta’ diversi dgħajjes ta’ immigranti li kien hemm lil hinn minn xtutna. Huwa verament inġust li saret dil-manuvra f’mument fejn suppost kulħadd qed jiġbed ħabel wieħed. L-Oppożizzjoni kienet kompliċi f’manuvra bla preċedent – allegazzjoni ta’ qtil volontarju li twassal għal ġuri li jwassal għal għomor il-ħabs. Qatt ma ġrat f’pajjżina, aktar u aktar f’mument meta suppost qegħdin flimkien niġbdu ħabel wieħed biex noħorġu mill-pandemija. Minflok ħarset l-interess nazzjonali, l-Oppożizzjoni hija kompliċi f’xi ħaġa li qed tisfoka l-ħidma tal-Forzi Armati ta’ Malta. Din hija azzjoni kompletament inġusta, f’mument meta tant qed jaħdmu għall-ġid ta’ pajjiżna. Salvaw ’il fuq minn 13,000 ħajja f’maltempati u f’ċirkostanzi mijiet ta’ mili ’l bogħod minn pajjiżna. Minflok ngħidulhom grazzi, inpoġġuhom f’inkjesta li tista’ titfagħhom għomorhom il-ħabs.”

 

Il-Prim Ministru kompla jispjega li hija kompletament inaċċettabbli li xi ħadd imur jikteb lill-Kummissarju tal-Pulizija u jagħmel denunzja ta’ qtil volontarju mingħajr fatti f’idu. Qal li l-inkjesta maġisterjali bdiet, hu ssottometta lilu nnifsu għand il-Pulizija biex isiru l-investigazzjonijiet neċessarji u l-istess se jagħmel quddiem il-Maġistrat inkwerenti meta jsejjaħlu biex jixhed.

 

“Nappella għar-responsabilità, il-mument fejn ngħaddu l-battuti politiċi jiġi. Żgur mhux dan il-mument. Dawn affarijiet li f’pajjiżna qatt ma rajnihom u nittama li min jippriedka fuq is-saltna tad-dritt, jemmen fiha u jgħixha. Il-kuxjenza hija safja u nadifa li għamilna dak kollu li stajna. Il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem qablet mal-mod kif imxejna fiċ-ċirkostanzi. Il-prijorità f’dan il-mument tibqa’ li nħarsu s-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi.”

 

Meta tkellem dwar il-programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment, Robert Abela rrimarka li, li kieku ma kinux il-fondi minn dan il-programm, il-Gvern ma kienx ikun f’pożizzjoni li jniedi miżuri daqstant b’saħħithom li salvaw tmenin elf impjieg. Ingħataw ukoll benefiċċji lil 110,000 ħaddiem.

 

“Bdejna d-djalogu mal-Kummissjoni Ewropea biex dan il-programm niddefenduh bis-saħħa u nsalvawh. Mhux se naċċettaw li dan il-programm jieqaf imma li jsir il-proċess meħtieġ tal-emendi biex inkomplu ntejbuh. Il-ħsara li saret lil pajjiżna dwar dan il-programm ilha għaddejja. Infakkar xi ħsara saret minn min suppost kien qiegħed jipproteġi isem pajjiżna barra minn xtutna imma ħass li kellu jtappan isem pajjiżna. L-ironija hi li l-istess kritiċi li għamlu din il-ħsara internazzjonalment, f’Malta kienu jaħdmu f’dan il-programm – persuni li dakinhar kellhom karigi fil-Partit Nazzjonalista. Jien kont dejjem konsistenti fil-pożizzjoni, li dan il-programm irridu niddefenduh. Id-djalogu mal-Kummissjoni Ewropea huwa wieħed kostruttiv u nemmen li se naslu għal ftehim aċċettabbli għaż-żewġ naħat.” Dan filwaqt li tenna li c-cittadinanza hi prerogattiva tal-Istat.

 

Robert Abela tkellem ukoll dwar il-bilanċ bejn is-settur tal-kostruzzjoni u l-ambjent. Hawnhekk semma l-bidla fil-prinċipju dwar il-proġett tal-immaniġjar tal-iskart biex fil-futur ma niġux f’sitwazzjoni fejn ikollna bżonn aktar art verġni għax ma jkollniex l-ispazju meħtieġ. Semma wkoll il-politika tal-pompi tal-fjuwil, fejn din il-ġimgħa tħabbru għaxar bidliet sostanzjali u relevanti li huma bżonnjużi biex jinħoloq bilanċ bejn l-iżvilupp, l-ambjent u proġetti oħra li jridu jsiru fil-futur.

 

“Dan il-bilanċ jista’ jintlaħaq jekk verament temmen fih u l-Gvern qed juri dan għaliex f’ġimagħtejn għamilna l-politika dwar l-immaniġjar tal-iskart, u l-bidla dwar il-politika tal-pompi tal-fjuwil. Fadal x’nagħmlu u se nibqgħu għaddejjin b’din il-ħidma.”

 

Is-suċċess ma sarx b’kumbinazzjoni imma għaliex konna preparati

 

Il-Prim Ministru Robert Abela wassal il-kondoljanzi lill-qraba tal-erba’ persuni li tilfu ħajjithom f’pajjiżna minħabba l-COVID-19, u tkellem dwar is-sitwazzjoni preżenti tal-coronavirus f’pajjiżna.

 

“Kellna suċċess li jagħmlek kburi għall-mod kif imxejna f’dawn iċ-ċirkostanzi. Ma sarx b’kumbinazzjoni imma għax konna preparati fuq livell mediku u rajna x’kien qed jiġri f’pajjiżi oħra. Ilħaqna bilanċ fil-miżuri li nedejna b’mod gradwali u prudenti. Dan juri kemm konna attenti għax fl-istess waqt li rnexxielna nikkontrollaw l-imxija mill-aspett mediku, ħallejna lin-nies jgħixu kemm jista’ jkun il-ħajja normali tagħhom. Ma sakkarniex lil kulħadd fid-dar u għalaqna l-postijiet tax-xogħol kollha, imma għalaqna numru ta’ stabbilimenti li kienu meħtieġa li jingħalqu u ħadna ħsieb lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà.”

 

Il-Prim Ministru rrikonoxxa li n-nies kienu responsabbli u rrispondew b’mod tajjeb. Hawnhekk irringrazzja lill-ħaddiema kollha li qed jagħtu sehemhom f’din il-pandemija għaliex kien sforz kollettiv ta’ pajjiż.

 

“Ma jfissirx li l-pandemija għaddiet u llum nistgħu noħorġu niċċelebraw għaliex nagħmlu ħsara lill-isforzi li qed isiru bħalissa. Jien se nkejjel is-suċċess ta’ pajjiżna fuq livell mediku, fuq livell ekonomiku u fuq kemm jirnexxielna mmorru lura għan-normalità mill-aktar fis. Jista’ jkun li n-normalità ġdida tkun kemmxejn differenti però qed noqorbu lejn dak il-mument fejn nibdew innaqqsu r-restrizzjonijiet. Dan se nagħmluh bl-istess mod li bih introduċejna l-miżuri, fil-mument opportun. La trid tneħħihom kmieni u lanqas tard. Is-suċċess ikun meta n-nies jibdew jgħixu ħajja trankwilla u serena, igawdu s-sajf, bi prijoritajiet u realtajiet ġodda. Il-ħajja dan is-sajf se tkun tfisser realtà differenti. Ma tfissirx li tmur party f’massa ta’ nies għaliex f’dan il-mument żgur mhux se tkun xi ħaġa aċċettabbli. Dan kollu fl-aħħar mill-aħħar jibqa’ dipendenti fuq kemm ikunu responsabbli n-nies u kemm josservaw il-miżuri restrittivi. Se jkun iktar importanti li wieħed ikun dixxiplinat. Jekk nillaxkaw mid-dixxiplina ikun ifisser li l-proċess tar-restrizzjonijiet jieħu aktar fit-tul, imma jekk inkunu dixxiplinati nirritornaw għan-normalità aktar malajr.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
12 hours ago
Partit Laburista
RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela

RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 171
  • Shares: 19
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
17 hours ago
Partit Laburista
Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna.

Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 714
  • Shares: 64
  • Comments: 61

Comment on Facebook

Mhux hekk wara li armejtuna u taghituna b sieq .. Gej il bikki rega . Armi lemm qaziztu l alla tiklu wahidkom.

Grazzi tax xghol kollu li qijghad jghamel il partit pero isimghaw lilmenti tan nies gusti

Il-partit li jiġbed in-nies dejjem lejh. Qatt qabel ma kien hawn partit li żamm maġġoranza assoluta daqs illum. Grazzi għall-gvern u l-partit Laburista❤️🌹🇲🇹

Ara ma jigbdilkomx IL bieb mieghu GAHAN

Kien nofs t'nhar eccelenti. Prosit ta' l-innizjativa. U prosit lill-volontiera kollha.

Ahjar tifthu l bibien biex tiltaqu mal familjari tal vittmi tal konstruzjoni li tinsab bla kontroll.

Good morning ☀️

Good morning❤

Min Mmaqdar Rrid Jixtri Hommor

Mela l- kontra li qed jigri fil- Pieta 😆 🤣 😂

Minn hu armat u minn hu zarmat proset PL

Good morning ☀️

Good morning❤

Good morning❤

Well done!!

Good morning

Prosit u grazzi li tajtu din l-opportunita lil nies sabiex jigu l-CNL.

Suldati ta'l azzar fil kju

Tistaw tifthu il bieb tal bejd alija ghax qat mintom atarawni izjedd qass biex nerga nivota u tesera qas inhalasa iktar

Viva l Labour

Tistaw tifthu t twieqi ukoll ta ha tibdlu ftit larja ukoll. :)

Proset

Dawk laqas jivitaw darba ohra

Ma taghmilx differenza jifthu l.bibien

Grazzi u proset

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Open Day fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista miftuħ għall-pubbliku s-Sibt li ġej mid-09:00 sas-13:00.

Ingħaqad magħna 🔴
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 80
  • Shares: 107
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Inizzjattiva sabiha li jinghata ktieb b xejn mal membership . U Dawk li hallsu online ?

XAXQA. KEM SE TITOLBUWOM DONEJXIJN?

jekk jogħġbok ħallili messaġġ fil-privat, għandi xi affarijiet xi ngħidilkom li jistgħu jkunu ta' interess għalik

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista

Photos from Partit Laburista's post ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 22
  • Shares: 5
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Id-differenza bejn Robert Abela u Bernard Grech

Għal ħaddieħor, l-għajnuniet li jagħti l-Gvern mhumiex sostenibbli. Irid jipprova jaqtagħlek qalbek.

Id-direzzjoni tagħna hija ċara. Ingħaqad magħna.

Ċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 64
  • Shares: 41
  • Comments: 4

Comment on Facebook

God Bless

Haddiehor f' l- Opposiizzjoni kollox BABAW, Izda meta jkunu fit-TMEXXIJJA JKUNU HEMM BISS BIEX JIGU SERVUTI W MHUX BIEX JSERVU LIL POPLU MALTI.

The best

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek