Għin
lill-Partit Laburista
November 13, 2019
Bil-mozzjoni ta’ Delia l-ewwel li għandu jitlaq hu
Il-mozzjoni li ressaq Adrian Delia llejla hi mibnija kollha kemm hi fuq l-argument li jrid li xi ħadd jitneħħa mill-kariga għax waqqaf kawża ta’ libell. Bl-argument tiegħu Adrian Delia jista’ jgħid li din il-mozzjoni tapplika għalih għax ħadd daqsu ma mar jiġri l-qorti biex iwaqqa’ l-libelli.
L-uniku differenza hi li f’każi oħra hemm inkjesti maġisterjali jinvestigaw l-allegazzjonijiet li saru u fil-każ ta’ Adrian Delia m’hemmx għax saħansitra beża’ jmur għand il-maġistrat.
Biex ċeda għall-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, Adrian Delia reġa’ tefa’ l-ġebla fuq saqajh. Għax għadu ma bediex imexxi baqa’ mhux jinduna li biex taparsi jwassluh jattakka l-gvern, ta’ madwaru qed iwassluh jattakka lilu nnifsu.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.