• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

November 7, 2019

Bżonn ta’ ċarġer universali

“Wasal iż-żmien li jkollna Ċarġer Universali Ewropew għall-ismartphones. Wara aktar minn għaxar snin ta’ awtoregolazzjoni tal-industrija, is-sitwazzjoni preżenti fejn għandna abbundanza żejda ta’ ċarġers, kemm fost ditti differenti u kif ukoll fi ħdan id-ditti nfushom, ma nbidlitx u qed tkompli tiffrustra lill-konsumaturi u tkun ta’ ħsara għall-ambjent, “qal l-MPE Agius Saliba.

L-MPE Agius Saliba qal li għaxar snin u żewġ memoranda ta’ ftehim iffirmati minn kumpaniji ewlenin fosthom Nokia, Samsung u Apple, ma kinux biżżejjed biex nimxu ‘l quddiem fuq din il-kwistjoni u sfortunatament, għadna l-bogħod mill-mira li jkollna ċarġer universali Ewropew għall-ismartphones.

“Kumpaniji multinazzjonali kbar bħal Apple,qedjibqgħu jinjoraw ir-rakkomandazzjonijiet Ewropej biex jipprovdu soluzzjoni li tipprovdibenefiċċji tanġibbli u immedjati għall-konsumaturi u l-ambjent. Minflok, qed jabbużawmis-sistema b’mod sistematiku għall-gwadanntagħhom stess,”qal il-MPE.

Minħabba li l-awtoregolazzjoni ma ħadmitx, il-Kummissjoni Ewropea bħalissa qed taħdem fuq valutazzjonijiet tal-impatt u miżuri regolatorji possibbli biex tipproponi “ċarġer komuni” biex it-tagħmir tar-radju, speċjalment it-telefown ċellulari, ikun aktar komdu għall-konsumaturi u fl-istess ħin jonqsu l-iskart u l-ispejjeż elettroniċi bla bżonn.

Bħala Rapporteur permanenti f’isem il-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fuq iċ-Ċarġer Universali Ewropew u d-Direttiva dwar it-Tagħmir tar-Radju, l-MPE Agius Saliba qal li s-sitwazzjoni hija inkwetanti u ta’ piż żejjed għan-nies. “Ċarġer universali li jaħdem ma’ tagħmir differenti jagħmilha aktar faċli biex jerġgħu jintużaw partijiet elettroniċi qodma, u b’hekk jiġu frankati l-flus u jonqsu l-ispejjeż bla bżonn għall-konsumaturi u għall-ambjent,” qal l-MPE Agius Saliba.

Il-kumpaniji jaqilgħu biljuni ta’ Ewro fis-sena mill-bejgħ ta’ smartphones u ċarġers rispettivi. Barra minn hekk xi tipi ta’ ċarġers ġew brevettati u huma proprjeta’ dawn il-kumpaniji, u b’hekk, kumpaniji oħra mhumiex permessi jipproduċu l-istess tagħmir ta’ ċċarġjar. Din is-sistema qiegħda takkumula aktar minn 51,000 tunnellata ta’ skart elettroniku fis-sena.

“Jiena nilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni biex jiġu standardizzati ċ-ċarġers għat-telefowns ċellulari. Madankollu, neħtieġu aktar passi konkreti u għalhekk nemmen li wasal iż-żmien li l-Kummissjoni Ewropea tmur għal approċċ regolatorju li jagħmel iċ-ċarġer universali obbligatorju,” tenna l-MPE Agius Saliba meta indirizza lill-Kummissjoni waqt laqgħa tal-Kumitat tas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur.

“Irridu naġixxu immedjatament fuq din l-inizjattiva, jekk irridu niksbu benefiċċji massimi għall-konsumaturi u l-ambjent, mingħajr ma nagħmlu ħsara lill-innovazzjoni u teknoloġiji innovattivi,” ikkummenta l-MPE Agius Saliba.

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
58 minutes ago
Partit Laburista

Photos from Partit Laburista's post ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 8
  • Shares: 1
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
5 hours ago
Partit Laburista
Id-differenza bejn Robert Abela u Bernard Grech

Għal ħaddieħor, l-għajnuniet li jagħti l-Gvern mhumiex sostenibbli. Irid jipprova jaqtagħlek qalbek.

Id-direzzjoni tagħna hija ċara. Ingħaqad magħna.

Ċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 44
  • Shares: 35
  • Comments: 2

Comment on Facebook

Haddiehor f' l- Opposiizzjoni kollox BABAW, Izda meta jkunu fit-TMEXXIJJA JKUNU HEMM BISS BIEX JIGU SERVUTI W MHUX BIEX JSERVU LIL POPLU MALTI.

Partit Laburista
22 hours ago
Partit Laburista
1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn. 

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org

1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn.

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 78
  • Shares: 69
  • Comments: 1

Comment on Facebook

Partit Laburista
1 day ago
Partit Laburista
RENEW

Ingħaqad magħna! ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 70
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Ir-ruħ soċjali tal-Partit Laburista

It-twemmin soċjalista tagħna qatt mhu se jħallina nkunu indifferenti. Għalhekk għandek tingħqad magħna s-Sibt li ġej fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 66
  • Shares: 48
  • Comments: 8

Comment on Facebook

Well done prim

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL DAK KOLLU LI QED TAGHMLU GHAL Malta 🇲🇹 👌 GVERN Tar- RIFORMI, TA' VERU GHAX MA JIBZAX JEHODHOM.

Tajjeb

socjalista ??? din xi tkun dil kelma ?? grazzi rajtha qalbek

PAROLI FIL VOJT U FEJN THARES TARA L HBIP TAL HBIP.

Hadd ma jaqa lura imma malta waqet lura ghax mill hazin ghall ghar

Ghadu Partit Socjalista,fil Verita m ghadux..

Dr Abela il bank ghandu il policies tieghu jigiefiri u mhux ha jiehu riskju kbir biex issellef flus lil nies mhux daqsek stabli.

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek