Għin
lill-Partit Laburista
November 26, 2019
Cardona jissospendi lilu nnifsu minn Deputat Mexxej
B’effett immedjat Chris Cardona qiegħed jissospendi lilu nnifsu mill-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit, fil-Partit Laburista.
Din id-deċiżjoni kienet ikkomunikata lill-Mexxej u l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista.
Filwaqt li jemfasizza li m’għandu assolutament l-ebda rabta mal-każ, Chris Cardona qed jagħmel dan sakemm jintemmu l-investigazzjonijiet u l-proċeduri li għaddejjin bħalissa.
Iżda, din id-deċiżjoni ttieħdet biex f’dan il-mument ma jkun hemm xejn li jxekkel lill-Partit Laburista milli jkompli l-ħidma tiegħu favur il-pajjiż.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.