Għin
lill-Partit Laburista
May 20, 2019
Dak li jgħaqqadna huwa ferm aktar b’saħħtu minn dak li jifridna
Ilum, waqt li l-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat kien qed jiġi intervistat f’attivita politika f’San Ġiljan, ġie mniedi l-aħħar messaġġ tal-kampanja elettorali tal-Partit Laburista li bħala tema għandu d-diversita u dak kollhu li jagħqqadna bħala Maltin. Dr Muscat qal li din il-produzzjoni turi li l-ħsieb tagħna huwa l-punt ta’ valuri u li nfittxu dak li jgħaqqadna u dik li tfisser Malta f’Qalbna għaliex hija Malta li tħobb.
Dr Muscat sostna li f’din il-kampanja xtaq idur il-pajjiż kollhu u jitkellem fuq l-issues li jaffetwaw direttament lin-nies u filfatt qed jirnexilhom jagħmlu presenza f’kull komunita’.
Dr Muscat sostna li bħala pajjiż imxejna ħafna ‘l quddiem fuq id-drittijiet ta’ LGBTIQ fejn taw d-drittijiet lir-realtajiet li kienu jeżistu. Sostna li bl-istess mod ser jmexxu ‘l quddiem diskussjonijiet dwar il-barranin u Maltin b’valuri u karnaġjon differenti. Dr Muscat tenna li mhux aċċettabli li jkun hawn xi tip ta’ mibgħeda u jkun hemm din l-estremita u huwa l-mument li l-poplu Malti u Għawdxi nieħdu flimkien dan il-pass.
Dwar l-iskemi li qed jiġu mħabbra fosthom tal-equity sharing fejn qed jagħtu l-opportunita li n-nies jsiru sidien ta’ darhom, Dr Muscat qal li pajjiżna għall-ewwel darba għandu strateġija sħiħa fil-qasam tal-housing fejn problemi speċifiċi qed jittratawhom b’mod speċifiku.
Segwi l-messaġġ permezz ta’ din il-link –
https://www.facebook.com/josephmuscatdotcom/videos/709107672840459/
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.