• Labour’s LGBTIQ+ Rights Legacy
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Labour’s LGBTIQ+ Rights Legacy
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

January 10, 2021

“Dan kien Gvern li wiegħed u wettaq” – Il-PM

“Nemmen li din is-sena ser tkun ferm aqwa minn dik li għaddejna minnha.”

Dan kien kliem il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela waqt attività politika fil-Mellieħa u li kienet konformi mal-miżuri tal-awtoritajiet tas-saħħa.

F’diskors dirett u pożittiv, il-Prim Ministru saħaq li minkejja ż-żminijiet diffiċli li għaddejjin minnhom, dan il-Gvern baqa’ u se jibqa’ dejjem viċin in-nies.

Dan filwaqt li żamm mal-wegħdiet tiegħu li jmorru lil hinn mill-pandemija.

“Il-bidliet li għamilna llum kulħadd qalilna li ma nistgħux nagħmluhom imma wettaqnihom. Wegħdna li nnaqqsu l-problema tal-immigrazzjoni li gvernijiet preċedenti ma sabux tarfa. Wegħdna hekk u wettaqna hekk. Wegħdna Korp tal-Pulizija effiċjenti, tajna lill-pajjiż Korp tal-Pulizija effiċjenti.”

Il-Prim Ministru semma wkoll l-akbar Budget Ewropew fl-istorja ta’ pajjiżna u saħansitra l-aqwa Budget li qatt ħabbar Gvern Laburista. B’hekk il-Prim Ministru Abela spjega li meta wieħed iħares lura wieħed jara differenza kbira fil-mod ta’ kif inbidel il-pajjiż.

Hawnekk il-Prim Ministru wiegħed aktar xogħol u saħansitra qal li qabel ma jitlesta’ l-manifest elettorali kollu, dan il-Gvern ma jmurx għal elezzjoni.

“Determinat li noħroġ lil dan il-pajjiż mill-pandemija qawwi u sħiħ. Is-sena li għaddiet ħdimt kemm flaħt, is-sena li ġejja nwiegħed li naħdem iktar…Qabel jitwettaq kollu, ikun hemm x’ikun hemm, qabel jitwettaq il-manifest elettorali kollu ma mmorrux għal elezzjoni ġenerali.”

Hekk kif kompla jħares lura lejn l-2020, il-Prim Ministru Abela qal li dan il-Gvern dejjem kien trasparenti mal-poplu f’sitwazzjoni ta’ kriżi bla ebda preċedent. Spjega wkoll l-element ta’ pożittività li dejjem iddomina fid-diskors tiegħu.

“Iva għandi ħeġġa li l-pajjiż imur lura għan-normal. Għaliex? Għax lill-poplu irrid narah kuntent. Nitkellem hekk ukoll għaliex f’idi għandi l-polz tan-nies li tieħdu meta inti tinżel u titkellem man-nies.”

Dr. Abela spjega li kien frott dan id-djalogu li l-Gvern seta jgħin tant lill-poplu permezz ta’ miżuri bħal dik tal-Covid Wage Supplement u l-vouchers li nċentivaw il-konsum u żammew ir-rata ta’ qgħad l-aktar waħda baxxa fl-Ewropa.

“S’issa tkellimna li se nżommu l-Covid Wage Supplement sa Marzu li ġej. Jekk hemm bżonn nestenduh għal iktar minn hekk sabiex niżguraw li l-ebda negozju ma’ jaqa’ lura u li fuq kollox l-għejxien u l-ħobża ta’ kuljum ħadd ma jitlifha.”

Fuq l-edukazzjoni f’pajjiżna, il-Prim Ministru Abela qal li r-riżultat li żammejna l-iskejjel miftuħin se nħossuh fiż-żmien li ġej. Kien b’hekk li dan il-Gvern ħadem qatiegħ sabiex jerġa’ jiftaħ b’mod sigur l-iskejjel f’pajjiżna.

“Dejjem emmint fl-għalliema u l-edukaturi tagħna. Naf kemm minn Settembru għamlu sagrifiċċji biex jedukaw lit-tfal tagħna f’sitwazzjonijiet diffiċli,” qal il-Prim Ministru dwar l-għalliema fil-pajjiżna fil-kuntest tal-istrajk li sar f’din l-aħħar ġimgħa.

Stqarr li l-edukazzjoni ta’ uliedna m’hijiex materjal ta’ tilwim u li tkun suġġett ta’ kontroversja.

“Is-soluzzjonijiet issibhom bl-arti tan-negozjar u hekk għamilna, poġġejna ma’ mejda, rajna s-soluzzjonijiet differenti u llum ir-riżultat ta’ dawk is-sigħat ta’ djalogu jafhom kulħadd.”

Hawnekk il-Prim Ministru rringrazzja lil dawk kollha li ħadmu qatiegħ biex tinstab soluzzjoni għall-ġid ta’ wliedna.

“Nirringrazzja lill-Monsinjur Arċisiqof u l-Prof. Charmaine Gauci iżda fuq kollox irrid nirringrazzja lil dawk l-edukaturi u l-għalliema kollha li fil-jumejn tal-istrajk xorta marru fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Inthom tajtu servizz lill-pajjiż fi żmien kruċjali u grati ħafna lejkom.”

Dwar l-ekonomija f’pajjiżna, il-Prim Ministru staqsa jekk hawnx xi ħadd li ma jridx imur lura għal sitwazzjoni ta’ business as usual u normalità. Saħaq kif dan dan ma jistax isir kif ġieb u laħaq imma b’ħidma kontinwa u viżjoni ċara mingħajr ma nħallu lil ħadd jaqtalna qalbna.

Hawnekk irrefera wkoll għall-klassifikazzjoni tal-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu d-DBRS li saħansitra fl-aħħar żmien naqset ir-rating ta’ pajjiżi ġganti bħal Franza. Madankollu, d-DBRS innutat il-progress ta’ Malta mhux biss mil-lat ekonomiku iżda anke mil-lat ta’ titjib fil-governanza t-tajba.

“Għaliex ksibna dawn ir-riżultati? Mexxejna b’serjetà u konnha ambizzjużi. F’baħar bnazzi jbaħħar kulħadd. F’baħar imqalleb ibaħħar kaptan bi crew tajjeb.”

Il-Prim Ministru Abela sostna wkoll li pajjiżna ma jistax jieqaf mal-pandemija iżda jużaha bħala opportunità għal aktar bidla sabiex jibqa’ jittejjeb.

“Il-pandemija rridu nużawha bħala katalista għal aktar tibdil li jrid jsir.”

Intant fid-diskors tiegħu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li llejla f’pajjiżna ser tkun qed tasal l-ewwel kunsinja tal-vaċċin tal-Moderna. Fil-fatt, spjega kif Malta ser tkun l-ewwel pajjiż mill-Unjoni Ewropeja kollha li ser tkun qed tirċievi din il-kunsinja.

Dwar rapporti f’sezzjonijiet tal-midja u l-midja soċjali, id-Deputat Prim Ministru tkellem dwar il-ħidma tal-Gvern hekk kif spjega li Gvern Laburista huwa tim wieħed magħqud.

Minn naħa tiegħu l-Prim Ministru Robert Abela temm jirrimarka l-importanza tal-imħabba lejn il-pajjiż u lil niesu.

“Nemmen ħafna fikom, nemmen f’Malta u Għawdex tagħna, nemmen f’futur sabiħ għal pajjiżna li ġej fuqna u ma jdumx. Ħbieb tiegħi, ejja ħalli flimkien nibqgħu nagħmlu l-aħħar sforzi, nibqgħu solidali, nibqgħu naħsbu f’xulxin, nibqgħu nagħmlu l-aħħar mumenti ta’ sagrifiċċju flimkien, nibqgħu nosservaw id-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika ħalli nżommu lil xulxin imħarsin minn aspett ta’ saħħa, ħalli nibqgħu nħarsu l-ekonomija ta’ dan il-pajjiż sabiex malli tgħaddi din il-pandemija issib pajjiż kumpatt, b’saħħtu, maqgħud ħalli naħarbu niġru ‘l quddiem u nkomplu nkabbru n-negozji tagħna, il-businesses tagħna, l-impjiegi tagħna u verament inħares ‘il quddiem biex inkompli naħdem flimkien magħkom sabiex inkomplu ntellgħu li dan il-pajjiż dejjem ‘il fuq.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
10 hours ago
Partit Laburista
€441,530 f’donazzjonijiet għall-Partit Laburista. Grazzi!

€441,530 f’donazzjonijiet għall-Partit Laburista. Grazzi! ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 105
  • Shares: 21
  • Comments: 25

Comment on Facebook

Prosit 👏🏽👏🏽

Great 👍

Well done

Well done 👍

Proset

Prosit PL 🌹

A Big Well done 👏 ✔

Proset.

Prosit 👏👏

Grazzi poplu Malti u Għawdxi ❤️

Proset

Proset

Prosit poplu

PROSET

Well done

Well done

Gabra tajba imma qumu minhemm ghax is-somma naqset hafna jekk tqabbel ma li kemm kien jingabar qabel.

Prosit

Prosrt

Proset u Grazzi lil min ta donazzjoni.

View more comments

Partit Laburista
18 hours ago
Partit Laburista
Ġbir ta' Fondi.

Ma jinbidlu qatt. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 32
  • Shares: 24
  • Comments: 19

Comment on Facebook

😁😁😁😁😁

Pulcenel gideb hamallu

June il pn ha gieb it 3 siggu

Please people from the pn relax because you got long time in the opposition 😋😋😋😋😋😥😥😥😥🤣🤣🤣🤣

XEJN SEW LIL DAN BENDU U IL PN ZDINGAT TRIJDU IMMEXU LIL MALTA DAK IS SALVAGISMU KOLLU KIKU JIBATUNA MITT SENA LURA FIZMIEN IL QAMEL

Hu hallinan l akbar partit korrot fl istorja ta pajjizna Vera mahmugin mafia ghawa min tat taljani imma dejjem li is sewwa jirbah zgur

Veru ma jinbidlu qatt ghax hlif kurruzjomi ma hawnx.

Faċli titmejlu b'oppożizzjoni tal-qamel. Intom inbdiltu imma, għax tgħallimtu kif taħxu pajjiż sa ruħ ommu. 'Qas Lorry Sant ma wasal fejn wasaltu llum. Prosit.

Warbu your tern is over u stahbew

Irrangajtuha l Airmalta!! Hekk wkoll qamet fuq saqajha!! U mbghad twahhlu f haddiehor, mela ghala pridkajtu u weghdtu li se tibda taghmel il profitti!! Ghandkhom biex tizzufjettaw b haddiehor!!!

Hlief demm, giddeb u korruzzjoni ma hemm xejn surra fil partit laburista. Rega wasal anniversarju ta Daphne Caruana Galizia. Gew arrestati l hut iz zghir u l gustizja mal kbar meta ha ssir :)))

Tradituri saqsi lii Eddie fejnu il pn

Qed taghjru lil PN li ma jinbidlu QATT ghara inthom imbdiltu ghax minn partit tal h adiema sirtu partit tal MAFJUZI ghax hlief serq u korruzjoni ma ghamiltux fdawn lahar 10 snien

Ha gibuna nitkarbu taf kemm hemm dejn lanqas jekk tamel l ahhar 10 snin taht gonzi ma tella daqsekk dejn €9 biljuni dejn u plus et inhalsu €4 miljuni dejn imax fil gima interesi Ara kif ha gibuna 4 tijiem ohra 😡

View more comments

Partit Laburista
21 hours ago
Partit Laburista
Il-ftuħ tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista. 

Ingħaqdu magħna għall-Maratona Ġbir ta’ Fondi minn hawn u ftit minuti oħra. 

#insaħħumaltatagħna

Il-ftuħ tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista.

Ingħaqdu magħna għall-Maratona Ġbir ta’ Fondi minn hawn u ftit minuti oħra.

#insaħħumaltatagħna
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 140
  • Shares: 25
  • Comments: 3

Comment on Facebook

nice photos

💯💯💯

Prosit

Partit Laburista was live.
23 hours ago
Partit Laburista
Q&A mal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela

Q&A mal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 45
  • Shares: 59
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Grande Il Prim ....❤

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ GVERN LI WIEGHED IWETQU U LI JAHSEB F'KULLHADD KEMM F'MALTA KIF UKOLL F'GHAWDEX! GRAZZI MIL-QALB.

Shettghu lill pajjizna! Ja korrotti.

Nixtieq naghmel suggeriment illi l-ghajnuna li tinghata lil koppji (i.e. €1000 fis-sena) ghandha tkun tapered. Jigifieri li jibda jinghata aktar sussidju fil-bidu (per ezempju €2000 fl-ewwel sengha €1500 it-tieni sena ecc) tal-hlas lura fil-loan ghaliex l-koppji l-aktar li ghandhom bzonn huwa fil-bidu meta jibdew ihabbtu rashom dwar il-pagamenti fuq il-loan. Ukoll l-aktar li jithallas imghax huwa fil-bidu tal-loan. Aktar ma jonqos il-bilanc aktar thallas inqas imghaxijiet u generlament l-aktar li jkun hemm imghaxijiet huwa fil-bidu tal-home loan. Issa aktar ma jghaddi zmien l-ammont jibda jonqos u lill-koppja tibda tassumi aktar il-pagamenti hi. Pero il-gvern ikun ghenhom fl-aktar zmien krucjali tal-bidu taghhom!

Is-sens civiku jiddependi hafna fuq il-politika tal-individwu. Waqt li jezistu individwi injuranti nemmen hafna li dawk li ma jisseparawx ghax huma politikament motivati. Inharsu lejn x'ghamel is-Sindku ta tas-Sliema u dan huwa ezempju haj ta kif iz-zibel qieghed jintuza bhal arma kontra l-gvern. Hemm bzonn ta ligijiet aktar horox u enforcement iktar. Il-gvern irid jidher li ghandu kontroll tas-sitwazzjoni attwali!

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Ġbir ta' Fondi

Niltaqgħu għada. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 43
  • Shares: 24
  • Comments: 18

Comment on Facebook

How about illegal immigration......Dak ser jitqaccat? Jew Le?

Ahjar Dal gvern ghax jihdu 450 ta xejn fix xaghar

Mohhok biex tigilet qisek Tyson u ma tiswix Kannur pulcenel kont ghandek u tipqa int trid tmexux malt mintix kapaci tmexux partit kumidjant

Nintaqaw ghada halli inkomplu nibrain washjawkom ghac cwiec imma .

🙄🙄🙄🙄🙄 ezatt hekk hu

Gvern korrott b'hekk jgheda?

U l-400,000,000 u l-600,000,000... kulhadd jithanzer!

Vouchers min tal fliexken taccettaw please? Asking for a friend😜🤡🐷

Wara li hxejtu pajjiz issa tridu titmejlu b haddiehor. Ahjar tifukaw kif ha tirangaw dak li faraktu u rovinajtu milli tifukaw kif tghadu biz zmien lopozizzjoni.

Ghax ma tmorrux tinhbew ja qabda korrotti. Kissirtu pajjiz biex joistghanew shabkom il-laburisti. Imma ma tafux tisthu.

ghejdli fejn se tkun halli ma nersaqx l hemm bendu il grieg

KUMIDJANT KOLLU

It-Times ghada!

No comment.

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek