Għin
lill-Partit Laburista
April 21, 2020
Daqqa oħra ‘l isfel għall- kredibbiltà tal-Kap tal-Oppożizzjoni
Qed ikompli jirriżulta kif fl-aħħar jiem il-membri tat-Taqsima Marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta sfaw vittma ta’ allegazzjonijiet bla bażi li saħansitra wasslu biex bdew proċeduri legali fil-konfront tagħhom.
Min għamel tiegħu dawn l-allegazzjonijiet mingħajr ma kien konxju tal-fatti ma jistax ikun kredibbli biex jitkellem fuq suġġett sensittiv li hu tal-ikbar importanza għall-pajjiżna.
Il-ħasra hi li għexieren ta’ membri tal-Forzi Armati ta’ Malta spiċċaw jiddefendu l-pożizzjoni tagħhom, fl-istess ħin li qed jintablu jagħmlu sagrifiċji kbar meta l-pajjiż jinsab jiġġieled l-imxija tal-COVID-19.
Huwa ta’ ħasra kif minflok f’dan il-mument ingħaqadna bħala pajjiż wieħed , kien hemm min infexx f’attakki inġusti kontra min salva eluf ta’ ħajjiet għax xogħlu jafu sew.
L-attakk fuq dawn is-suldati huwa ta’ min jistmerru bħal mhu l-attakk fuq il-Prim Ministru u l-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta li wkoll huma vittma tal-istess nies, li ma damx wisq ma’ beda jirriżulta kemm mhux qed jghidu s-sewwa.
Hija ħasra li minflok iddistanzja ruħhu minnhom, il-Kap tal-Oppożizzjoni għamel tiegħu dawn l-allegazzjonijiet. Minflok ikkundanna lil min fi ħdanu mar jagħmilhom , il-Kap tal-Oppożizzjoni kien imġiegħel jaqbeż għalih biex issa qed jirriżulta li reġa’ ta’ daqqa oħra l-kredibbiltà tiegħu.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.