• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

April 14, 2019

Deċiżjonijiet ta’ prinċipju u fl-aħjar interess ta’ pajjiżna

Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista

 

Deċiżjonijiet ta’ prinċipju u fl-aħjar interess ta’ pajjiżna

 

Persważjoni, sens komun u sensibbilita’ fil-kwistjoni AlanKurdi

 

 

Kull ġurnata li tgħaddi, dan il-Gvern jieħu deċiżjonijiet b’responsabilta’ skont il-prinċipji tagħna u skont dak li nemmnu li hu l-aħjar interess ta’ pajjiżna.

 

Qal dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat fil-Mellieħa fid-dawl li sa din il-ġimgħa stess, għal darb’oħra,  ittieħdu deċiżjonijiet ta’ piż dwar is-sitwazzjoni ta’ vapur li kien ftit ‘il barra mill-ibħra tagħna b’64 persuna fuqu.

 

“Ġara għal darb’oħra… li vapur ta’ għaqda rreġistrata l-Ġermanja għabbiet nies qrib il-kosta Libjana, jidher li kienu qegħdin fil-periklu dawn in-nies. U dawn wara li għabbewhom, kellhom deċiżjoni – jew jeħduhom lura l-Libja li skont din l-għaqda u nirrispettawha il-prinċipji tagħha jgħidu li m’għandhomx jeħduhom lura imma mbagħad kellhom l-għażliet l-oħra. U l-għażliet l-oħra kienu li jmorru fl-iktar post sigur fil-qrib,” qal il-Prim Ministru.

 

It-Tuneżija u l-Italja kienu l-iktar żewġ pajjiżi viċin fejn dan il-vapur seta’ jbaħħar. Ġara li t-“Tuneżija ma marrux hemmhekk u kellek ftit iktar ‘il bogħod mit-Tuneżija, l-Italja fejn marru jitrakkaw barra Lampedusa u t-Taljani qalulhom hawnhekk ma tidħlux. Mhux ħa nidħol fil-kwistjoni ta’ ġudizzju għal dak li għamel il-Gvern Taljan. Hemm lok u ħin biex nagħmlu dik id-diskussjoni. Dawn in-nies imbagħad qabdu u ġew u trakkaw barra minn Malta u bdiet il-pressjoni internazzjonali minn għaqdiet internazzjonali jgħidu li l-Gvern Malti biex idaħħalhom Malta,” fisser Muscat.

 

Filwaqt li l-Prim Ministru jaċċetta din il-pressjoni, huwa stqarr li “dak li ma naċċettax huwa li f’mument minnhom, Malta kienet ħa tibda tiġi mpenġija bħala li ħolqitha hi din is-sitwazzjoni.”

 

Minn hemmhekk, il-Prim Ministru semma tliet toroq differenti li seta’ jieħu dan il-Gvern. L-ewwel triq kienet li naqbdu u ndaħħlu dawn in-nies f’pajjiżna. Xi ħaġa li kienet tiftaħ preċedent inġust ma’ Malta għax issa li ġej is-Sajf għaqdiet bħal din li għabbiet dawn l-immigranti kienu jibqgħu jagħmlu l-istess.

It-tieni triq kienet dik li “ngħidu le ta. Jiddispjaċina imma l-portijiet tagħna magħluqa u m’għandniex x’irridu minn ħaddieħor.”

 

Spjega li filwaqt li din it-triq tinstema’ sabiħa u trebbħek il-voti u tkun popolari fuq ‘facebook’, tkun qed tilgħab mal-isem tal-pajjiż u mal-prinċipji. “Hemmhekk, aħna rridu naraw x’valur nagħtu lill-ħajja umana. U jien għalija l-ħajja umana mhix kwistjoni relattiva… Jekk ikun hemm għaqdiet u persuni li jridu jagħmluha tal-qaddisin fi kwistjonijiet bħall-abort, irridu nerfgħu kollox għax il-ħajja umana hija l-istess ħajja umana,” kompla l-Prim Ministru.

 

Imbagħad hemm it-tielet triq – “It-triq tal-persważjoni, it-triq tas-sens komun, triq li tipprova tikkonvinċi. U hekk għamilna aħna matul l-aħħar jiem meta konna qegħdin nitkelmu u sibna għajnuna kbira mill-Kummissjoni Ewropea,” qal Muscat li minkejja li l-‘flavour of the month’ qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tkun li kull partit b’xi mod jew ieħor jitkellem kontra l-Ewropa b’xi mod għax dik l-eħfef ħaġa. Minflok, il-Prim Ministru tkellem favur l-Ewropa għaliex “sibna nies fil-Kummissjoni Ewropea  li fehmuna meta għidnielhom intom triduna li nagħmlu bħal ħaddieħor u nagħlqu ‘l bibien?”

 

Hekk intlaħaq kompromess li mhuwiex faċli. “Id-dover tagħna mhux li nieħdu soluzzjoni li tidher faċli, konvenjenti u li ma taħlix ħin. Id-dover tagħna huwa li nieħdu l-aħjar soluzzjoni. L-iktar soluzzjoni li tkun bis-sens u poġġejna bilqegħda u qalulna x’ikun aċċettabli għalikom? Għalina li jkun aċċettabli huwa li aħna ngħinu biex dawn in-nies jinżlu Malta imma li l-ebda wieħed minnhom ma jista’ jibqa’ Malta u għandhom jittieħdu mal-ewwel. U l-ħbieb tagħna Ewropej ħadmu biex ġibna kompromess mingħand erbgħa pajjiżi u għalhekk l-erbgħa u sittin persuna li għinnihom l-ebda wieħed minnhom m’huma ħa jibqgħu f’Malta,” qal il-Prim Ministru.

 

 

Malta kosmpolitana miftuħa għal kulħadd

 

B’referenza għall-investiment riċenti f’pajjiżna tal-Aurobindo, it-tieni l-ikbar kumpanija mediċinali fl-Indja, il-Prim Ministru spjega kif din il-kumpanija bdiet “għaxar snin ilu b’uffiċċju żgħir. Illum jimpjegaw mija u ħamsin ruħ, jaqbdu l-mediċina kollha li jipproduċu madwar id-dinja, iġibuhom Malta, Malta jittestjawhom u skont dak it-test ikunu jistgħu la darba jieħdu ċ-ċertifikazzjoni, ibiegħuhom f’pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.”

 

F’diskussjoni mal-Kap Eżekuttiv tal-istess kumpanija, il-Prim Ministru fisser kif din il-kumpanija qed tinvesti biex tkabbar u biex ikunu jistgħu jittestjaw Malta t-testijiet tal-Onkoloġija. Il-Kap Eżekuttiv spjega mal-Prim Ministru kif qegħdin f’sitwazzjoni fejn mhux il-barranin qed jieħdu x-xogħol tal-Maltin anzi kull min għandu l-kwalifiċi meħtieġa, jista’ faċilment jaħdem ma ‘ din il-kumpanija imma qegħdin f’sitwazzjoni li biex sar dan l-investiment, l-ewwel ħaġa li saqsew kienet  għandhomx biżżejjed nies biex jaħdmu minħabba li kienu qed jikkompetu ma’ pajjiżi oħra biex isir dan l-investiment. Biex dan l-investiment sar possibli, din il-kumpanija mpjegat il-Maltin u fejn ma jaslux bil-Maltin, iġibu l-barranin. Li kieku m’hawnx barranin, il-fabbrika ma kinitx iġġib dak l-investiment u mingħajr il-barranin kienu jitilfu xogħolhom il-Maltin.

Il-Prim Ministru enfasizza li l-iktar ħaġa li rridu nifhmu hija li “min irid jaħdem f’dan il-pajjiż, ħa jsib xogħol imma aktar minn hekk, bil-postijiet ta-xogħol li qegħdin noħolqu, jek m’aħniex kapaċi illi nimlewhom aħna u ma nġibux il-barranin li nimlewhom, nitilfu x-xogħol aħna bħala Maltin.

 

Hawnhekk, il-Prim Ministru appella wkoll lill-mezzi tax-xandir li l-ewwel isostnu b’mod kontinwu “kontra r-razziżmu u sewwa jagħmlu imma jekk hemm ċans ta’ nofs storja li tista’ tpinġi b’mod jew ieħor xi kwistjoni bi sfond razzjali, nagħtuh il-pubbliċita’ biex jitkellem.”

 

 

Gvern li jwettaq u jagħti dak li qatt ma taha l-PN

 

Il-Prim Ministru rrefera għall-Gvern preċedenti fejn meta dan tal-aħħar wiegħed qabel l-elezzoni li se jnaqqas l-income tax, ftit wara m’għamilx dan bl-iskuża li din ma tistax issir.

 

“X’differenza ma’ dan il-Gvern li f’kull budget li għamilna, aħna naqqasna t-taxxi. Dalwaqt ħa nerġgħu fil-letter box tagħkom mhux ix-xokk tal-kont ħa tirċievu imma ċekk ieħor ta’ refund tat-taxxa, ċekk għal kull min jaħdem u kull min jaqla inqas minn sittin elf ewro…u jieħu wkoll min jaqla’ minimum wage u ma jħallasx taxxa,” saħaq Muscat li rrimarka kif minn din il-miżura biss, il-poplu ngħata tlieta u għoxrin miljun ewro oħra mingħajr ma fakkar il-prezzijiet ferm aħjar tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma li llum il’ ġurnata saru ‘for granted’.

 

“Ħa nkomplu nagħtu, ħa nkomplu nżidu l-pensjonijiet, innaqsu l-ispejjes, innaqsu t-taxxi, inżidu l-benefiċċji sakemm tibqa’ tiflaħ l-ekonomija, sakemm tibqa ddur ir-rota u r-rota aħna rridu ndawruha permezz tal-miżuri li nieħdu. Mhux ta’ b’xejn żiedu iktar minn għaxart’elef ruħ fil-postijiet tax-xogħol ħafna minnhom fis-suq privat,” kompla Muscat.

 

Muscat fisser ukoll li biex titkabbar l-ekonomija, l-investitur u l-ħaddiem ma rridux inġellduhom. “Niċċelebraw minn jissogra ruħu biex joħloq ix-xogħol. Biex nagħmlu dan kollu, l-ikbar ħaġa biex jinħoloq il-ġid hija l-fiduċja.”

 

Il-Prim Ministru spjega li “n-nies jemmnuna fuq żewġ fatti kruċjali. L-ewwelnett hu li dak li ngħidu nwettquh. M’aħniex perfetti u għandna ħafna nuqqasijiet imma żgur difett li m’għandniex hu li lin-nies ngħidulhom ħaġa u nagħmlu oħra.”

Hawnhekk, il-Prim Ministru rrefera għal żewġ wegħdiet li wiegħed u li llum ‘il ġurnata dak li deher impossibli biex isir, kulħadd qed jara realta’ differenti bħal fil-każ tal-mina t’Għawdex u l-proġetti infrastrutturali ta’ seba’ mitt miljun ewro f’sebgħa snin.

Il-Prim Ministru temm jgħid,” Inħares ‘il quddiem biex nibqgħu għaddejjin bir-riformi, sa din il-ġimgħa stess permezz tal-liġi tal-kremazzjoni fejn dalwaqt se jkollna din l-għażla. Se nibqgħu għaddejjin b’aktar riformi… Jekk ħaddieħor iqis lilu nnifsu bħala borġ ġebel, aħna sur li minnu l-poplu Malti u Għawdxi kollha dejjem se jibqa’ jgawdi.”

Fi tmiem id-diskors tiegħu l-Prim Ministru għamel stedina lill-Maltin u l-Għawdxin biex fl-ewwel ta’ Mejju jingħaqdu mal-Partit Laburista fil-Belt Valletta biex minn hemm jibda vjaġġ ta’ 25 jum li jwassal sal-ewwel ta’ Mejju.

 

 

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista

 

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Fiduċja f’aktar investiment.

Messaġġ ta’ fiduċja lill-investituri li jridu jinvestu f’pajjiżna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 70
  • Shares: 41
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ Ghal dak kollu li qed taghmlu ghal Pajjizna!

Prosit Prim Ministru

Proset

Korrott

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Grazzi tal-merbħa sabiħa fĦad-Dingli. 🔴

Grazzi tal-merbħa sabiħa f'Ħad-Dingli. 🔴 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 94
  • Shares: 6
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Organizzazjoni kriminali taghmel gathering 😎

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 318
  • Shares: 41
  • Comments: 23

Comment on Facebook

GREAT, GREAT MAN VERY HANDSOME!!!

Keep up the good work!

Nixtieq naf why great man meta qiegħed naraw dan kollu??? Dawn il prezzijiet dawn il bini kollox lanqas tieħu n-nifs....tumur is-sptar ħlief Arab u barranin. Tafu meta titkellmu meta ikollok il mart serju fil familja. Kelli nihu il mara tieghjaj st James al kurra għax ċertu instrumenti għanda ix xur tistena u ghara matibilawx li Services Mater Dei. Hu Tal Malti. Rubbish sur prim ministru.

Have a wonderful day!

The best

Viva Robert

Viva Robert Viva il Labour ♥️

veru li il Ministru tal finanzi qal li ha nigu 800 elf ruh ? Mela vera tridu iddejqu lill Alla li halaqkhom

M andix dubju li se tikseb iktar .... Ghalik u ghal shabek 😁😁😁

Fiducja fpajjizma iva imma fil Bobby le

youtu.be/VFq3Ige0-3A

View more comments

Partit Laburista was live.
3 days ago
Partit Laburista
Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli

Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 87
  • Comments: 11

Comment on Facebook

Kburin Bik 👏❤️

Prosit am proud of you

Watching you good as always

Proset tassew kliem MIRQUM MIT TNEJN LI INTKOM ISAHHA LILKOM U INHARSU IL QUDDIEM ISAHHA ❤❤

Proset Prim dejjem tissoda.

Proset

Prosit lil kulhadd

Prosit Dr Josianne Cutajar

So proud 👍❤️

Proud I support Labour

View more comments

Partit Laburista
4 days ago
Partit Laburista
Prosit lil Team Malta. 🇲🇹

Prosit lil Team Malta. 🇲🇹 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 544
  • Shares: 42
  • Comments: 115

Comment on Facebook

Great job 👍well done Malta team, you made us proud.

Proset keep up the good work

Viva Malta

Viva Malta

Well done to all you were marvelous.viva Malta Grazzi.

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Well done to all involed. Thank you so much.

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Proset lil Kullhadd Viva Malta 🌹🌹🌹

Well done!! MALTA

Well done!!

Well done, tks il kullhadd bravi, well organised,

Well done

Well done!!

Well done!!Malta🇲🇹🇲🇹🇲🇹

Well done!! Malta 🇲🇹🇲🇹

Well done!!

Well done

Well done!! Malta

Well done!!

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek