Għin
lill-Partit Laburista
March 16, 2019
Delia jagħżaq. Iżda, kuntrarju għall-bdiewa mhux jaħsad frott
Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
Delia jagħżaq. Iżda, kuntrarju għall-bdiewa mhux jaħsad frott
Meta jitkellem dwar il-biedja Adrian Delia qed jispiċċa jgħażaq f’argument wara l-ieħor.
Ilbieraħ Adrian Delia għamel diskors sħiħ dwar għaliex għandna nħarsu l-uċuh tar-raba tagħna. Iżda fl-istess nifs jiftaħar b’emenda li qed jagħmel fil-parlament li jekk approvata twassal biex art agrikola li llum tinħadem tgħaddi għall-ispekulazzjoni. Quddiem il-bdiewa u l-ambjentalisti jgħid mod u mbagħad jaġixxi mod ieħor.
Jekk Delia għażel li jkun negattiv biss biċċa tiegħu. Iżda, il-fatti ma jista’ jmerihom ħadd u fl-Imġarr Delia għamel żball fattwali wara ieħor.
Qal li l-gvern mhux jgħin lill-bdiewa milquta mill-maltempata tal-aħħar ġimgħat. Dan meta hu pubblikament magħruf li l-gvern diġa’ spezzjona iktar 700 claimli issa se jaġixxi dwarhom.
Qal li l-gvern Malti mhux jgħin il-promozzjoni tal-prodott lokali meta hemm mijiet ta’ eluf ta’ ewro li qed jintużaw għal dan il-għan.
Qal li l-bdiewa mhux ikunu mgħejuna bħal f’pajjiżi oħra anke fi kwistjonijiet bħad-dawl u l-ilma. Dan il-gvern raħħas il-kont tad-dawl għal kulħadd u lill-bdiewa qed jipprovidlhom l-ilma permezz tal-proġett ta’ new water.
Bħal f’oqsma oħra l-bdiewa jmorru lura bit-tmexxija ta’ Adrian Delia.
Uffiċċju Komunikazzjoni
Partit Laburista
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.