Għin
lill-Partit Laburista
December 17, 2019
Delia jikkonferma l-gidba ta’ sħabu u jippreġudika l-investigazzjonijiet
Il-pubblikazzjoni b’mod sħiħ tal-inkjesta Egrant tista’ biss tikkonferma dak li ħareġ mill-konklużjonijiet li kienu diġa’ ppubblikati. Fi kliem sempliċi dak li l-qlajja li Egrant kienet tal-familja tal-Prim Ministru kienet l-ikbar frame up politiku fl-istorja politika. Frame up politiku li wieħed mill-arkitetti tiegħu kien Simon Busuttil.
Kien għalhekk li l-Prim Ministru qatt ma kellu problema jippubblikah għalkemm fl-aħħar xhur stenna l-eżitu ta’ kawża li fetaħ l-istess Adrian Delia.
Minnufih il-Prim Ministru beda proċess biex il-pubblikazzjoni ssir b’mod li ma tippreġudikax l-investigazzjoni u jkunu mħarsa d-dettalji ta’ persuni li m’għandhomx x’jaqsmu xejn mal-każ.
Iżda, Adrian Delia ma riedx jistenna dan il-proċess. Dan għax irid jippreġudika l-investigazzjonijiet, fost oħrajn biex jiddefendi l-ħażen fil-Partit Nazzjonalista li ħoloq u mexxa ‘l quddiem dan il-frame up politiku.
Adrian Delia se jkun qed jippreġudika wkoll investigazzjonijiet oħra meta suppost jgħid li jrid ġustizzja u ta’ dan se jiġi żmien li jrid jerfa’ r-responsabbiltà.
B’li għamel illum Delia se jkun ta l-konferma li Egrant kienet gidba, iżda se jkun qed iħares lil min ħoloqha. Se jkun qed jippreġudika wkoll il-kors tal-ġustizzja. Delia wera li l-partiġjaniżmu jġibu qabel is-saltna tad-dritt u l-istituzzjonijiet.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.