Għin
lill-Partit Laburista
May 6, 2019
Differenza kbira fil-ħajja tal-komunitajiet tagħna
Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
Differenza kbira fil-ħajja tal-komunitajiet tagħna
Waqt li kien qed jiġi intervistat mil-Kap tal-Aħbarijiet ta’ ONE fit-Teatru Orpheum il-Gżira, il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, sostna li huwa kuntent bil-manifest elettorali tal-kunsilli lokali li ġie mniedi llum, għaliex ikompli bl-għajta ta’ Malta f’qalbna kif ukoll se jagħmel differenza kbira fil-ħajja tal-komunitajiet tagħna.
Il-Prim Ministru saħaq li wara konsultazzjoni mal-komunita, hemm ċertu prijoritajiet li huma l-istess għal kull lokalita, iżda l-ikbar prijorita hija l-indafa. Sostna li n-nies jridu li l-lokalitajiet tagħhom jkunu aktar nodfa. Lokalitajiet b’maġġoranza laburista ser jagħtu l-ogħla prijorita lill-indafa u għandha tkun l-ogħla prijorita f’kull lokalita.
Dwar it-trasport, sostna li kunsilli lokali b’maġġoranza laburista ser jitkellmu mal-operatur tat-trasport pubbliku biex ikunu jistgħu jilħqu ċertu postijiet li mhux jintlaħqu. Sostna li l-proġett pilota li huwa ta’ suċċess kbir li permezz ta’ vetturi zgħar iġorru anzjani minn post għall-ieħor, ser jaħdmu sabiex dan is-servizz jiġi offrut madwar Malta u Għawdex sabiex iżżid il-mobilta tal-anzjani ħalli jibqghu attivi u parti mill-komunita. Dr Muscat sostna li kunsilli lokali b’maġġoranza laburista se jkunu fuq quddiem nett biex meta jiġu biex jixtru karozza jixtruwa tal-elettriku sabiex ikunu minn tal-ewwel bi flotta elettrika.
Dwar it-toroq u parkeġġ, sostna li bħala parkeġġ diġa tħabbar li ser jiġi identifikat fejn nistgħu nagħmlu PPP għall-parkeġġi taħt l-art u fuqhom isir ġonna u spazji miftuħa, kif ukoll ikun hawn aktar sistemi ta’ smart parking devices fejn ikollok tabella kemm ikun fadal spazji tal-parkeġġ fi triq u tgħin ukoll sabiex ikun hawn inqas pollution.
Dwar housing soċjali l-Prim Ministru sostna li dan qiegħed hemm biex jingħata lill min vera għandu bżonn. Sostna li bi pjanar, massimizzar tar-riżorsi, b’riċerka ser ikollna 1700 unit ġodda li ħa jagħmlu differenza kbira. Sostna li qed jaraw li s-sistema ta’ min għandu diġa’ post tal-housing ma tinbidilx, iżda minn issa ‘l quddiem għal-units il-ġodda tinbidel is-sistema u jkollhom sett ta’ regoli li jagħmlu sens ambjentali, ekonomiku u ġustizzja soċjali. Sostna li l-units il-ġodda ser jitqassmu madwar 22 lokalità, se jkunu environmentally friendly u mhux ser jinbnew fuq art ODZ.
Dwar il-prijoritajiet fil-Manifest għal-lokalita tal-Gżira, Dr Muscat spjega li fost il-prijoritajiet hemm li ssir titjib sostanzjali tal-polyclinic biex issir aktar aċċessibbli kif ukoll fiż-żona tal-polyclinic u fi Pjazza Jerry Zammit ikun hemm aktar postijiet miftuħa għar-rikreazzjoni tar-residenti.
Uffiċċju Komunikazzjoni
Partit Laburista
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.