Għin
lill-Partit Laburista
October 23, 2019
Diskorsi li jixhdu d-differenza bejn iż-żewġ mexxejja
Id-diskorsi tal-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni fl-aħħar jumejn reġgħu kienu xhieda tad-differenza bejn iż-żewġ mexxejja. Fuq naħa Prim Ministru li għal darb’oħra kien il-moħħ wara baġit li se jġib differenza pożittiva fil-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin u fuq in-naħa l-oħra, Kap tal-Oppożizzjoni li donnu jeżisti biss biex ibeżża’ u jaqta’ qalb iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.
Kien dan il-messaġġ f’konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.
Id-Deputat Rosianne Cutajar saħqet kif il-kelma kredibbiltàhija kruċjali meta niġu biex nitkellmu fuq dak li rajna fil-parlament. “Dan huwa baġit frott ta’ tmexxija għaqlija iżda fuq kollox ta’ pajjiż li qed joħloq il-ġid u qed ikun kapaċi jqassmu ma’ kulħadd… Fuq naħa għandna l-inkompetenza tal-Kap tal-Oppożizzjoni u fuq naħa oħra għandna Prim Ministru li bil-kompetenza tiegħu ħareġ lil pajjiżna minn defiċit u għall-ħames sena konsekuttiva ħoloq surplus.”
Id-Deputat Glenn Bedingfield tkellem dwar kif id-diskors ta’ Adrian kien wieħed negattiv, maqtugħ mir-realta’ li qed jgħixu l-familji Maltin u Għawdxin u mimli żbalji fattwali. “Din hija problema kbira li għandha l-Oppożizzjoni vis-a-vis ma’ gvern sod, b’saħħtu, deċisiv li għandu grupp parlamentari warajh u li lest għall-isfidi tal-lum u tal-ġejjieni u jkompli jikber flimkien mal-poplu Malti.”
Bedingfield ta lista ta’ żbalji li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni fid-diskors tiegħu.
Il-Whip Laburista Byron Camilleri fisser kif dan kollu jrid jittieħed fil-kuntest tal-baġit 2020. “Baġit li jirrifletti l-qalb soċjali kbira li għandna bħala Partit Laburista fil-gvern kif ukoll miżuri ambjentali li wkoll huma bla preċedent,” qal Camilleri.
Camilleri temm jgħid li dan hu l-aqwa baġit ta’ dan il-gvern. Baġit li jippremja u jirrispetta l-familji bieżla, jgħin lil min l-aktar għandu bżonn u sostenibbli li jaħseb għall-ġenerazzjonijiet futuri.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.