Għin
lill-Partit Laburista
March 24, 2019
Double standards li jneħħu kull kredibbiltà
Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
Double standards li jneħħu kull kredibbiltà
Bil-politika tad-double standards il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia spiċċa verżjoni agħar mill-Kap tal-PN ta’ qablu. Filwaqt li hu rigressiv u negattiv daqsu, Delia qed jispikka għall-fatt li għandu allegazzjonijiet fuq rasu li ma jridx li jkunu investigati. Dan meta fuq kull nitfa’ fuq ħaddieħor jitlob ir-riżenji.
Adrian Delia kellu jitlob investigazzjoni fuq l-allegazzjonijiet li li kien involut f’ħasil ta’ flus u li qed isiru min nies fil-partit tieghu stess. Għal darb’oħra ma għamilix u minflok talab li jiġi investigat kif ħarġet informazzjoni dwaru.
L-ironija ħelwa hija li dalgħodu kien hemm iċapċpulu dawk li talbu r-riżenji fuq dokumenti falsifikati fuq il-Prim Ministru. Il-Partit Nazzjonalista ma fadallu l-ebda kredibbilta’.
Uffiċċju Komunikazzjoni
Partit Laburista
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.