Għin
lill-Partit Laburista
December 13, 2019
€516,896 f’donazzjonijiet lill-Partit Laburista
Il-Partit Laburista ngħata sinjal ta’ appoġġ mill-poplu Malti u Għawdxi b’€516,896 f’donazzjonijiet. F’maratona ġbir ta’ fondi ta’ kważi tmien sigħat kienu mijiet il-persuni li żaru ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Eluf oħra ċemplu bid-donazzjoni tagħhom filwaqt li għexieren ta’ volontiera għamlu din il-maratona possibbli.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat u s-Sinjura Michelle Muscat tkellmu dwar l-esperjenza tagħhom tul l-aħħar ħdax il-sena li matulhom Joseph Muscat kien qed imexxi l-Partit Laburista. Il-Prim Ministru, li kien qed jattendi għall-aħħar maratona tiegħu bħala Mexxej, ħa l-okkażjoni biex jiltaqa’ ma’ dawk preżenti filwaqt li mal-kontestanti għat-tmexxija tal-Partit Laburista wieġeb it-telefonati.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.