• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

July 14, 2019

“Fejn nista’ nsib soluzzjoni għall-ġid tal-pajjiż insibha”

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, tkellem dwar il-pożizzjoni li tieħu Malta quddiem l-isfida tal-immigrazzjoni rregolari u ddikjara li fejn jista’ jsib soluzzjoni għall-ġid tal-pajjiż isibha. Enfasizza li rridu nħarsu l-interess nazzjonali u d-dinjità umana u saħaq li Malta tonora dejjem l-obbligi internazzjonali tagħha.

 

“Aħna dmirna internazzjonalment nibqgħu nagħmluh. Jekk ikun hemm persuni fl-ibħra tagħna taħt ir-responsabbiltà tagħna u dawn ikunu qegħdin jgħerqu, jew imutu, jien mhux se nħallihom jgħerqu jew imutu,” qal il-Prim Ministru.

 

Meta ta rendikont tar-realtajiet differenti li hemm fil-baħar Mediterran il-Prim Ministru rrefera għall-ħidma tal-awtoritajiet Libjani.  “Hemm għexieren ta’ każijiet li l-Libjani issa qegħdin meta jintraċċaw dgħajjes li jkunu telqu mil-Libja u jkunu ġejjin lejn Malta, lejn l-Italja, joħorġu għalihom u joħduhom lura.  Qegħdin fil-kompetenza tagħhom, fl-ambitu tal-liġi internazzjonali. Dik parti mill-istrateġija li aħna lkoll nemmnu li hija essenzjali,” qal il-Prim Ministru li mbagħad irrefera għal sitwazzjonjiet fejn Malta lagħbet rwol biex jinstabu soluzzjonijiet.

 

“Kellna bejn nhar is-Sibt u nhar il-Ħadd li għadda s-sitwazzjoni ta’ vapur li salva nies qrib it-Tunezija u ried jidħol l-Italja… it-Taljani ma riduhx għal raġunijiet li mhux se nidħol fihom. Talbuna t-Taljani, isma jista’ jiġi Malta?  Lit-Taljani għidnilhom li jekk għal raġunijiet tagħkom, għax din kienet NGO Taljana, ma tridux li jidħol l-Italja aħna lesti li jidħlu Malta imma tridu tieħdu l-ekwivalenti tan-nies. It-Taljani aċċettaw,” spjega l-Prim Ministru li saħaq il-ħtieġa ta’ djalogu mal-awtoritajiet Taljani.  “Matul din is-sena għamilna sforzi kbar biex ikollna djalogu. Ma jistax ikollok l-ikbar neighbour ta’ ħdejk fi ġlieda… it-Taljani ridt nurihom li lesti naħdmu magħhom,” qal Joseph Muscat li saħaq kif f’dan il-każ ma kinetx se tagħmel differenza għax kieku daħlu 55 kienu se jieħdu 55. Eventwalment xorta dik l-NGO m’aċċetatx u baqgħu deħlin Lampedusa f’dik li l-Prim Ministru ddeskriva bħala kwistjoni nazzjonali Taljana.

 

Spjega wkoll x’seħħ f’każ ieħor ta’ vapur ta’ NGO.

“Kif żviluppat din l-affari kien hemm NGO Ġermaniża li salvaw 65 ruħ u din l-NGO bdiet riesqa lejn Malta. Ikkuntatjatna l-Kummissjoni Ewropea u kkuntatjana l-gvern Ġermaniż u bdew jgħidulna, isma kif se nagħmlu? Għax kienu jafu li mhux responsabbiltà tagħna. Kieku responsabbiltà tagħna m’hemmx fejn toqgħod tinnegozja,” qal Joseph Muscat.

 

Kien hawn li tenna li fejn jista’ nsib soluzzjoni għall-ġid tal-pajjiż isibha. “Għall-ġid tal-pajjiż u ta’ dawn il-persuni. Trid tħares lejn l-istampa l-kbira biex meta ajkollna bżonn ma nkunux waħedna,” spjega l-Prim Ministru li fakkar kif filwaqt li kienu għaddejin dawn il-Ġermaniżi ftit tal-ħin qabel salvajna 60 ruħ oħra li kienu responsabbiltà tagħna.

“Meta ġew il-gvern Ġermaniż biex jitkellem magħna u l-Kummissjoni Ewropea l-ewwel ħaġa li għidnilhom iva aħna lesti li ngħinu l-vapur ta’ din l-NGO imma ovvjament dawn il-persuni ħadd minnhom m’għandu jibqa’ Malta. Ġew lura u qalulna li iva dawn il-persuni kollha se noħduhom,” irrimarka l-Prim Ministru li tenna li hawn talab biex jieħdu parti mis-60 li salvat Malta. Dan b’sinjal li qed japprezzaw ix-xogħol ta’ Malta.

Hawn qablu li jieħdu nofs lil dawn il-persuni.

“Fil-verità hija mod ta’ kif nuru rieda tajba, nipproteġu l-interess nazzjonali u nħarsu d-dinjità umana,” qal il-Prim Ministru.

 

Gvern bi pjan għall-housing

 

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar l-approvazzjoni tal-liġi tal-kera fi stadju tat-tieni qari u kif kienet frott ta’ konsultazzjoni wiesgħa. “Din ilna naħdmu fuqha ‘l fuq minn sena. Nazzarda ngħid sentejn,” qal Joseph Muscat li spjega kif kien hemm proċess sa minn qabel il-white paper u għad-diskussjoni ta’ wara.

“Tant kemm saret konsultazzjoni ma stakeholders differenti… jien sodisfatt ħafna li saħansitra kien hemm unanimità fil-Parlament. Meta tqis li hija riforma kbira bħal din li jkollok unanimità hija xi ħaġa kbira. Iktar minn hekk anke nies li mhumiex kuntenti għal kollox b’din ir-riforma jafu li hija ġusta,” qal Joseph Muscat.

 

Il-Prim Ministru żied li din mhix xi ħaġa ta’ darba li tieqaf hemm. Fisser kif din hi parti minn strateġija usa tal-gvern li tinkludi l-housing soċjali u l-housing affordabbli.

“Hija l-ewwel darba li l-gvern għandu strateġija sħiħa fil-qasam tal-housing,” qal il-Prim Ministru.

 

Riforma kbira

 

Riforma kbira li ħadd ma wasal biex jgħamilha u qed jagħmilha dan il-gvern hi dik tal-avuka tal-istat. “Għamilniha fi żmien rekord. Qed jinqasam l-irwol tal-Avukat Ġenerali, wirt kolonjali, din mhux qed inbiddlu xi liġi li għamilna aħna,”  spjega l-Prim Ministru.

“Hija parti minn sensiela ta’ riform u frankament ma nistax nifhem għaliex l-oppożizzjoni vvotat kontra. Għax kienet ilha tinsisti ħalli li qatt m’għamluha meta kienu fil-gvern,” kompla l-Prim Ministru li  fisser kif l-oppożizzjoni filli tgħid li trid il-bidla malajr u filli trid li din tkun parti minn pakkett usa ta’ riformi.

 

 

Settur li kiber  

 

Tul l-intervista l-Prim Ministru tkellem fid-dettall dwar ir-riżultati ekonomiċi li reġgħet kisbet Malta fl-aħħar jiem. Mistoqsi dwar ir-rapport tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji ppubblikat din il-ġimgħa l-Prim Ministru nnota t-tkabbir sostanzjali li kien hemm fis-settur.

 

“Minkejja l-assalt li provaw jagħmlu xi wħud is-settur tas-servizzi finanzjarji rreġistra tkabbir ta’ 10%. Li mhux ċajt,” irrimarka l-Prim Ministru li spjega li dan settur li baqa’ jikber filwaqt li baqgħu jikbru setturi oħra. Innota kif illum hemm 12,000 persuna jaħdmu f’dan is-settur u kif is-sena li għaddiet inħolqu 1,000 post tax-xogħol ġdid.

 

Il-Prim Ministru nnnota kif ma rridux naħsbu li dan hu settur li joħloq ċerti diskussjoni f’pajjiżna biss. Innota l-aħbar iktar kmieni din il-ġimgħa fejn id-Deutsche Bank se jkollu jneħħi 18,000 ruħ minn miegħu. “Din hi sitwazzjoni ta’ suq li qed jiżviluppa, ta’ iktar kontrolli u aħna qed inkunu proattivi,” temm Joseph Muscat.

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
1 hour ago
Partit Laburista

Photos from Partit Laburista's post ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 8
  • Shares: 1
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
6 hours ago
Partit Laburista
Id-differenza bejn Robert Abela u Bernard Grech

Għal ħaddieħor, l-għajnuniet li jagħti l-Gvern mhumiex sostenibbli. Irid jipprova jaqtagħlek qalbek.

Id-direzzjoni tagħna hija ċara. Ingħaqad magħna.

Ċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 44
  • Shares: 35
  • Comments: 2

Comment on Facebook

Haddiehor f' l- Opposiizzjoni kollox BABAW, Izda meta jkunu fit-TMEXXIJJA JKUNU HEMM BISS BIEX JIGU SERVUTI W MHUX BIEX JSERVU LIL POPLU MALTI.

Partit Laburista
22 hours ago
Partit Laburista
1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn. 

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org

1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn.

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 78
  • Shares: 69
  • Comments: 1

Comment on Facebook

Partit Laburista
1 day ago
Partit Laburista
RENEW

Ingħaqad magħna! ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 70
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Ir-ruħ soċjali tal-Partit Laburista

It-twemmin soċjalista tagħna qatt mhu se jħallina nkunu indifferenti. Għalhekk għandek tingħqad magħna s-Sibt li ġej fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 66
  • Shares: 48
  • Comments: 8

Comment on Facebook

Well done prim

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL DAK KOLLU LI QED TAGHMLU GHAL Malta 🇲🇹 👌 GVERN Tar- RIFORMI, TA' VERU GHAX MA JIBZAX JEHODHOM.

Tajjeb

socjalista ??? din xi tkun dil kelma ?? grazzi rajtha qalbek

PAROLI FIL VOJT U FEJN THARES TARA L HBIP TAL HBIP.

Hadd ma jaqa lura imma malta waqet lura ghax mill hazin ghall ghar

Ghadu Partit Socjalista,fil Verita m ghadux..

Dr Abela il bank ghandu il policies tieghu jigiefiri u mhux ha jiehu riskju kbir biex issellef flus lil nies mhux daqsek stabli.

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek