• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

August 4, 2019

Fiduċja li l-futur ikun aħjar mil-lum

Il-Gvern baqa’ għaddej bil-ħidma tiegħu bil-għan li tkun imtejjba l-infrastruttura tal-pajjiż. Infrastruttura li kif spjega l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, m’hijiex marbuta biss mat-toroq ġodda li fuqhom għaddej xogħol kbir.

“Il-Gvern ma jieqafx,” qal Joseph Muscat f’kollegament telefoniku fuq ONE Radio fejn spjega li din hi riflessa fiċ-ċertifikati b’saħħithom li jingħata pajjiżna minn żmien għal żmien.  “L-iktar importanti hu li meta jkunu qed jitkellmu l-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin jibqa’ jkollhom fiduċja li l-futur se jkun aħjar mil-lum,” spjega l-Prim Ministru.

Fost oħrajn irrefera għall-infrastruttura teknoloġika u l-ftehim tal-gvern Malti mal-kumpanija Vodafone biex f’Malta jkunu wżati sistemi ġodda li mbagħad Vodafone tieħu wkoll f’pajjiżi oħra.

Permezz tal-internet of things hemm proġetti marbuta mar-rimi tal-iskart f’kontenituri pubbliċi u proġetti marbuta mal-parkeġġ fejn in-nies ikollhom app fuq il-mobile biex ikunu jafu fejn hemm parkeġġ li jkun ħieles.

“Tmur mill-ewwel f’post li jkun liberu u tnaqqas anke l-emissjonijiet,” qal il-Prim Ministru li spjega kif it-tnaqqis tal-emissjonijiet kien ukoll fuq quddiem nett fl-immodernizzar tal-flotta tat-trasport pubbliku.

“Irridu naraw fi snin li ġejjien li din il-flotta trid tmur ukoll għall-flotta li taħdem bl-elettriku,” qal il-Prim Ministru li fakkar kif bħala pajjiż se nkunu qegħdin imorru lejn qalba fejn ikollna flotta ta’ karozzi fil-pajjiż li jkunu kollha elettriċi.

“Min ikun irid jixtri karozza jkun irid jixtri karozza taħdem bl-elettriku,” spjega Joseph Muscat li tenna kif dan irid isir b’mod li t-tranżizzjoni ma titfax piż fuq in-nies. “Nagħtu data li minnha ‘l quddiem mhux ma tistax tuża karozzi li jaħdmu bil-petrol u d-diesel, imma min ikun irid jixtri karozza irid jixtriha elettrika,” qal Joseph Muscat li rrefera għall-ħidma li qed issir minn kumitat tekniku bil-għan li jkunu mistħarrġa anke x’inċentivi għandu jkun hemm.

Hawn il-Prim Ministru semma l-ħsieb tiegħu li l-qalba f’pajjiżna tkun fost l-iktar ambizzjużi u fost l-aqwa fl-Ewropa.

Irrefera wkoll għall-wasla ta’ ajruplan ġdid ieħor għall-Air Malta u tenna kif minbarra l-benefiċċji għall-kumpanija għandu wkoll benefiċċju ambjentali.

“Permezz ta’ dan l-ajruplan il-kumpanija mhux biss se tmur aħjar finanzjarjament, għax l-operat tal-ajruplani l-ġodda se jnaqqsu l-ispejjeż tal-kumpanija b’20%… imma hawn ukoll l-aspett ambjentali, l-aspett tal-emissjonijiet li forsi ma narawhx daqs affarijiet oħra,” spjega l-Prim Ministru li fisser kif b’inqas fuel użat se jkun hemm inqas tniġġiż fl-arja.

Għamel referenza wkoll lejn il-fatt li l-Unjoni Ewropea għalqet erba’ proċeduri kontra Malta, fosthom dwar direttivi fuq il-ħasil ta’ flus u  nnota b’sodisfazzjon li kien hemm ukoll ftehim mal-kamra tal-periti dwar ir-regoli ġodda fil-qasam tal-kostruzzjoni.

“Meta jkun hemm bżonn dejjem inpoġġu bilqiegħda u nitkellmu u dejjem inkunu f’sitwazzjoni li naslu,” qal Joseph Muscat.

 

Baġits li ma jżidux piżijiet

 

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar iż-żieda fil-prezz tal-fuel u tenna l-impenn tal-gvern biex iżomm il-prezzijiet stabbli u kemm jista’ jkun baxxi.

“Il-gvern, kif għamilna f’dawn is-seba’ snin, dejjem ikun qed hemm biex jistabilizza l-prezzijiet u biex il-prezzijiet, fejn hu possibbli, dejjem jonqsu u jibqgħu stabbli,” qal il-Prim Ministru li tenna kif il-gvern ma jistax jieħu lezzjonijiet mingħand min kien jgħolli l-prezzijiet kull xahar.

Filwaqt li spjega li iż-żieda ta’ din il-ġimgħa kienet iddettata mill-prezz internazzjonali taż-żejt, saħaq dwar l-obbligu tal-gvern li ma jkunx hu li jżied il-piżijiet.

“Fl-aħħar żewġ baġits dan il-gvern għamel xi ħaġa bla preċedent, ma żiedx taxxi. Inħares ‘il quddiem biex fil-baġit li ġej inkomplu nwieżnu, inkomplu ngħinu lil dawk li huma l-iktar fil-bżonn” qal Joseph Muscat.

 

Deċiżjoni ta’ sens komun

 

Mistoqsi dwar il-koperazzjoni tal-Gvern Malti biex immigranti interċettati minn vapur Ġermaniż jittieħdu f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea, il-Prim Ministru qal li din kienet deċiżjoni ta’ sens komun.

“Kellna sitwazzjoni fejn il-Gvern Ġermaniż ikkuntatjana u qalilna, aħna nifmu li din mhix responsabbiltà ta’ Malta, nifmu li għandna nieħdu ħsieb dawn in-nies kollha,” spjega Joseph Muscat li fisser kif il-gvern Ġermaniż iddiskuta mal-Kummissjoni Ewropea  u pajjiżi oħra biex ikunu huma li jieħdu dawn in-nies.

“F’sitwazzjoni bħal dik fejn pajjiżna ma jitgħabba b’ebda piż, imma juri rieda tajba, rieda tajba internazzjonali li tgħin ħafna r-reputazzjoni ta’ pajjiżna, jien ħassejt li b’mod responsabbli, anke għaliex tkun kwistjoni umanitarja, ngħid iva,” qal Joseph Muscat li spjega li kienet deċiżjoni ta’ sens komun.

“Nuru rieda tajba filwaqt li nipproteġu l-interess nazzjonali u l-ħajja umana,” spjega Joseph Muscat.

 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni żamm kwiet fuq każ skandaluż

 

Il-Prim Ministru kkummenta wkoll dwar is-sentenza tal-Qorti fil-każ skandaluż tal-art tal-Lowenbrau.  “Dan id-deputat tal-PN, Dr Jason Azzopardi, li kieku sentenza bħal din ingħatat fuq xi ħadd ieħor, ma ngħidx xi ħadd mill-Partit Laburista, anke xi ħadd mill-Partit Nazzjonalista stess li ma tantx għandu grazzja miegħu, minjaf kemm kien joħroġ jgħajjat li dak għandu jirriżenja,” qal Joseph Muscat li rrefera kif  il-Kap tal-Oppożizzjoni fl-ewwel ċans li kellu biex juri li qabad il-barri minn qrunu żamm kwiet ukoll.

“Żewġ qrati kkonfermaw li hemm responsabbiltà politika, ħafna kbira, li għandha tintrefa’ minn Jasopn Azzopardi,” temm Joseph Muscat li żied li kif qalet il-Qorti, irid jew ma jridx Jason Azzopardi għandu jifhem li kellu jġorr ir-responsabbiltà politika ta’ dak li ġara under his watch.

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
8 hours ago
Partit Laburista
1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn. 

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org

1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn.

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 57
  • Shares: 61
  • Comments: 1

Comment on Facebook

Partit Laburista
14 hours ago
Partit Laburista
RENEW

Ingħaqad magħna! ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 51
  • Shares: 62
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
1 day ago
Partit Laburista
Ir-ruħ soċjali tal-Partit Laburista

It-twemmin soċjalista tagħna qatt mhu se jħallina nkunu indifferenti. Għalhekk għandek tingħqad magħna s-Sibt li ġej fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 58
  • Shares: 46
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL DAK KOLLU LI QED TAGHMLU GHAL Malta 🇲🇹 👌 GVERN Tar- RIFORMI, TA' VERU GHAX MA JIBZAX JEHODHOM.

Tajjeb

socjalista ??? din xi tkun dil kelma ?? grazzi rajtha qalbek

PAROLI FIL VOJT U FEJN THARES TARA L HBIP TAL HBIP.

Hadd ma jaqa lura imma malta waqet lura ghax mill hazin ghall ghar

Ghadu Partit Socjalista,fil Verita m ghadux..

Dr Abela il bank ghandu il policies tieghu jigiefiri u mhux ha jiehu riskju kbir biex issellef flus lil nies mhux daqsek stabli.

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 119
  • Shares: 93
  • Comments: 3

Comment on Facebook

Great picture Alfred Sant

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 639
  • Shares: 144
  • Comments: 50

Comment on Facebook

Prosit lil prim ministru, li qed jaghmel xoghol tajjeb hafna, imma nahseb minnu l isfel, hemm bzonn li jistmaw iktar lil min dejjem kien wara l partit biex illum jinsabu fejn qedin, ghax mid dehera, qed jonqsu l membri. U din se tirrifletti l quddiem.

Tinsewx toruhom ir raba sular

Well done to our Prime minister Robert Abela 👏👏❤️❤️

Kif tiskadili t tessera ma nergax ingeddida zgur li le ! Morru aqdu lin Nazzjonalisti kif ghamiltu qabel lelezzjoni ha tigbru l voti min hemm.

Luana Borg nies jihdu flats ,min partit ihor juru ic cwivet

Ajma hej. Kic gidep bhas soltu. Gidep. Anke l ihor Bendu ta. Gidep bis min Boby u Bendu. Hxejtuwh pajis. Zewg partijti tahxu lil Malta u lin nis.

Prosit lil mexxej Dr Robert Abela, lill-Amministrazzjoni tal-Partit u lil volontiera kollha.

Well done 👍

Issa jhallass lil min qdejtu mil koxxa. Hadd wara hadd tasal ta kullhadd. Jien meta fittixt lajnuna ma sibt lil hadd. Titnejku bin nies min ghalikom tridu.iggifuli lemm

done

Dak li gralkom hallejtu lil l-isviluppaturi jaghlu li ir-riedu mintoff biss hu hatt ghall haddiem

Prosit

Iridu jkeċċu nies mi djar, u jriduna nhallsu tessera. No

Prosit

Ghal hbieb tal hbieb biss!!!

Re New = Abort

Ara jistghux flok flus jghatu bottijiet u fliexken tal-plastik. Mhux fil-magni imma... Minn hemm. Kulhadd jiġi bil-boroz tal-fliexken u bottijiet...

Prosit dr abela u team tieghu

Prosit

ghandhom bzonn il flus ghax naqsulhom il bhahen

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL BIDLA TA' RIFORMI KBAR LI WETTAQTU.

Proset

Arani fuq quddim se nkun

Erfawli post quddiem.

Proset

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek