• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

February 12, 2023

“Fiduċja li ninvestu biex ikollna pajjiż isbaħ u li jilħaq mal-aspirazzjonijiet ta’ kull wieħed u waħda minnha.” – il-PM

“Pajjiż isbaħ. Pajjiż b’saħħtu li fih ngħollu l-kwalita tal-ħajja. Dan hu meta ngħidu fiduċja f’pajjiżna.” 

F’intervista fiċ-Ċentru Laburista tal-Msida, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela sostna kif dan hu Gvern li ma jaqta’ qalbu qatt u s-sehem tal-ħaddiem kollha, ġejjin minfejn ġejjin huwa importanti.

“Is-sehem tal-ħaddiema kollha ġejjin minn fejn ġejjin huwa importanti. Iżda ladarba qed nibgħu noħolqu opportunitajiet ta’ xogħol b’saħħithom, fl-istess ħin li għandna l-inqas rata ta’ qgħad, u allura din, filwaqt li hi xi ħaġa sabiħa, toħloq anke sfida u l-ħtieġa ta’ biżżejjed riżors uman. 

F’dan il-kuntest irridu wkoll li ż-żgħażagħ tagħna jkunu fl-aħjar pożizzjoni biex jaħtfu l-aqwa opportunitajiet ta’ karrieri li joffri s-suq. Qabel xejn mhux biex naqdu s-suq, imma karrieri biex ikollhom is-sodisfazzjon u l-kwalità tal-ħajja, karrieri li bihom jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom, jiksbu l-indipendenza, irabbu familja u jkunu f’pożizzjoni li jtejbu l-istudji tagħhom. 

Dan hu x’inhu s-settur.  Jekk hux il-gaming, is-servizzi finanzjarji, l-avjazzjoni jew il-manifattura speċjalizzata, biex nagħti ftit eżempji. U għalhekk, l-investiment kbir li qed nagħmlu fl-edukazzjoni.”

Hawnhekk, il-Prim Ministru semma wkoll kif dan hu Gvern li jrid li ż-żgħażagħ tagħna jkunu fl-aħjar pożizzjoni li jaħtfu l-aqwa opportunitajiet ta’ karrieri li joffri s-suq. 

“Aħna hemm sal-lum għandna sistemi li l-istudenti li jmorru apprentisti jitħallsu r-rata tal-paga minima għal kull siegħa li jaħdmu. Imma din ir-rata sal-lum, tintlaħaq billi tgħodd l-istipendju, il-grant u dak li mbagħad tħallas għall-apprentistat. Kollox flimkien jgħaqqad paga nimina fis-siegħa. Fhimna li rridu ngħamlu aħjar minn hekk. 

Fhimna  li qabel xejn l-istudent kien jistħoqqlu iktar, imma wkoll li din kienet sistema li mhix tinċentiva biżżejjed biex wieħed jidħol għall-kors li marbut miegħu ikollu l-apprentistat. U f’ċerti setturi dan l-apprentistat huwa wieħed importanti. 

X’qed ngħamlu allura? F’dik li nemmnu li issa hija skema ferm iktar ġusta. 

Se nibdew li:

  • Jekk għandek l-istipendju u l-grant iżżommu, għax dak tiegħek bħal mhu ta’ kull student ieħor;
  • Imma imbagħad ta’ kull siegħa li taħdem – titħallas bil-paga minima. Iġifieri mhux paga minima inkluż l-istipendju u l-grants, iżda paga minima u l-istipendji u l-grants 
  • Li jfisser li f’sena waħda se ninvestu mijiet ta’ eluf ta’ ewro oħra biex l-istudenti jkollhom dan id-dħul aħjar. Se jibbenefikaw madwar elf student li qed jibdew l-apprentistat f’dawn il-jiem. 

Biex nagħti eżempju wieħed, jekk għandek student tal-ewwel sena li jagħmel 600 siegħa apprentistat, il-massimu ta’ sigħat, jista’ jara differenza favorih ta’ elf ewro. B’kollox fuq kull sena se ninvestu iktar minn sitt mitt elf ewro għal madwar elf student. 

U hekk qed inwettqu miżura oħra tal-manifest elettorali.” 

Mistoqsi dwar il-laqgħa li kellu mal-Mexxejja Ewropej fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fi Brussell, il-Prim Ministru spjega kif ġiet diskussa l-ekonomija Ewropea u li ma taqtax lura anke mqabbla mal-ekonomiji ġganti oħra madwar id-dinja. 

“Irridu li l-industriji jibqgħu jsibu l-kontinent Ewropew bħala wieħed attraenti. U nibqa’ ngħid u nisħaq li fost oħrajn dan tagħmlu billi tiċentiva n-negozji mhux l-inqas dawk żgħar u medji. Għalhekk xi ħaġa importanti fil-konklużjonijiet tal-Kunsill kienet l-inklużjoni ta’ referenza għan-negozji żgħar u medji li bħala pajjiż nemmnu li huma sħab ewlenin fl-iżvilupp ekonomiku. Għalija li l-Kunsill Ewropew mmarka dan hu ta’ sodisfazzjon kbir, għax dan kollu huwa xhieda ta’ kemm il-messaġġ ta’ pajjiżna huwa wieħed tajjeb u li qed jasal.”

Robert Abela saħaq ukoll kif ir-Rapport tal-Fond Monetarju Internazzjonali reġa’ kkonferma s-saħħa tal-ekonomija tagħna. 

“Il-Fond Monterju Internazzjonali faħħar l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna, u jekk ikun hawn min għal xi mument jaħseb li ż-żewġ partiti jagħtu l-istess riżultati kemm jagħmel google search għall-aħħar rapporti li kellna fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista.” 

Il-Prim Ministru wera d-differenza bejn amministrazzjonijiet differenza, tant li llum, l-esperti tal-IMF jikkonkludu li l-politika tal-Gvern fuq l-enerġija għenet il-kunfidenza ekonomija u s-saħħa tal-pagi. 

“Fuq kollox, u hawn joħroġ il-bżonn tal-istabbilta ekonomika, ir-rapport tagħhom l-IMF, bħal ħafna oħrajn, laqgħu l-fatt li ngħatajna mandat ġdid għax dan ifisser kontinwita ta’ politika ekonomika li huma jaqblu magħha… Ħu l-bejgħ f’Diċembru – mhux talli ż-żieda f’Malta kienet l-ikbar fl-Ewropa, imma talli fl-Ewropa f’dan ix-xahar tant importanti mhux talli ma żdiedx il-bejgħ, talli naqas. U pajjiżi oħra li żiedu l-piżijiet fuq iċ-ċittadini kienu l-aktar li raw tnaqqis.” 

Dwar il-proġetti ambjentali f’pajjiżna, il-Prim Ministru qal li l-immaniġġjar aħjar tat-traffiku, proġetti kontra l-għargħar u spazji miftuħa ġodda jibqgħu l-prijoritajiet ewlenin. 

“Il-proġett tal-Imsida huwa l-proġett il-kbir li jmiss fis-settur tal-infrastruttura. Imma se jkun ukoll imżewweġ mal-prijorità ambjentali tagħna… Nista’ ngħidlek li  ftit xhur oħra joħroġ it-tender ħalli l-proġett jibda. Se jkun wieħed mill-proġetti infrastrutturali importanti ta’ din il-leġiżlatura. Nifhmu li trid il-kuraġġ biex tidħol għal proġett ta’ dan it-tip f’żona li hi daqshekk popolari u partikolari, iżda żgur li ma nistgħux ngħidu lill-ġenerazzjonijiet ta’ warajna li ma kellniex il-kuraġġ niddeċiedu. 

U niddeċiedu anke billi nisimgħu. Dan proġett fejn urejna li gvern li jikkonsulta u jisma’, tant li l-Kunsilli Lokali tal-Imsida u l-Pietà huma ferm iktar sodisfatti u llum huma favur il-proġett. 

Għax dan hu meta ngħidu fiduċja f’pajjiżna. 

Fiduċja li ninvestu biex ikollna pajjiż isbaħ u li jilħaq mal-aspirazzjonijiet ta’ kull wieħed u waħda minnha. 

Pajjiż isbaħ

Pajjiż b’saħħtu 

Li fih ngħollu l-kwalita tal-ħajja.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
5 hours ago
Partit Laburista
Qed nisimgħu u se nibqgħu nisimgħu. Il-messaġġ tiegħi lil kulħadd jibqa’ ‘Ejja nibqgħu saqajna mal-art.’

Kliem il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’waħda minn sensiela ta’ laqgħat mad-delegati tal-Partit Laburista.

Qed nisimgħu u se nibqgħu nisimgħu. Il-messaġġ tiegħi lil kulħadd jibqa’ ‘Ejja nibqgħu saqajna mal-art.’

Kliem il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’waħda minn sensiela ta’ laqgħat mad-delegati tal-Partit Laburista.
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 355
  • Shares: 77
  • Comments: 21

Comment on Facebook

Paroli sabih jitkellem il Prim, imma meta tiġi ghal fatti ksuhat isib

Importanti li tisma Prim specjalment lilna Laburisti genwini

Mill-paroli ghaddi ghall-fatti ghax hawn hafna nies mwegga.

Prosit u grazzi Prim Ministru tal-opportunita.

Laburisti stess qed jaghmlu hsara. U bil provi

Adni qijed nistenik biex tismani prim

Jekk int ragelara min watts ittra li batlek fkastilja fit22ta settembru

ghahna iz zibel narmuh jaf xghandu jghmel il prim mux phal grub ta BENDU

Isma mesagi tal hadiem malti gejna skjavi tal kuntraturi nigru m kuntratur ghal kuntratur gvern koplici kolox jaf

Uniku

Ilmenti mill w services....nahsbu fiz zhir

Ahna f'idejk King hu hsiebna pls.

Ghandek bzonn tiknes nofs in nies ta madwarek ghax gol hajt qed idahluk

PROSIT PRIM MINISTRU!!!!

Isma mesagi tal hadiem malti

Sur pm il poplu xeba b immigranti illegali

PM not more PRIME MINISTER but PURE MAFIA.

View more comments

Partit Laburista was live.
14 hours ago
Partit Laburista
Konferenza tal-Aħbarijiet mill-Partit Laburista

Konferenza tal-Aħbarijiet mill-Partit Laburista ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 55
  • Shares: 45
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Grazzi ghalik Ministru, ghax tahdem bla waqfien u dan qed jidher x xoghol , u lin nies li jigu bzonn xi ghajnuna. Dan jidher kemm thobb lil Ghawdex. Grazzi ta kullma qed taghmel.

Prosit hafna minstru. Well done 👏

Prosit Clint

Proset Romilda Baldachino Zarb. CERTEZZA W STABBILTA'.

👏🏻👏🏻👏🏻👏🏻👏🏻

PROSIT LILKHOM , KOMPLU GHAJJIEN . MINISTRU . EXCELLANT BEAUTIFUL GOZO .

View more comments

Partit Laburista
1 day ago
Partit Laburista
Erbaħna sfidi kbar u hekk se nibqgħu nagħmlu.

Ma hemm xejn garantit. Ta’ kuljum irridu nibqgħu naħdmu bis-saħħa biex inżommu l-fiduċja tal-poplu tagħna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 407
  • Shares: 55
  • Comments: 63

Comment on Facebook

Proset Prime Robert Abela keep the good work God bless you

Keep up the good work.

Meta taghtu kasna nergaw nivutalkom laburist imdejaq. Asartuna u armejtuna.

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Biex ma tinsa qatt Robert Abela ghax jien mhu se naqta' qalbi qatt 💔 #ivaghalinkjestapubblika #justiceforjeanpaulsofia

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ GVERN LI JAHSEB F'KULLHADD b' CERTEZZA W STABBILTA'.

Great job 👍

Great job 👍

The best!

The best

THE BEST

Hali inafrek naqa sur Robert abela ax nahseb inti tinsa taht gvern labourista inti il missieri halejtu homeless taht gvern labourista flok rajt u amilt dmirek batni il counter terrorism unit taht gvern labourista persuna li ridet tejn il missieri taf xqalulu ahjar ma tindahlx ax il prim andu problema ma tifel tijaw taht gvern labourista gejna stmati ta zibel taht gvern lanourista ax missieri maccetax il maqjel li tajtuh edtulu heq stenna issa missek hadtu imbat ta madwarek hemm iswed fuq abjad li ridu jithanzru u il missieri pretendejtu li jacceta il maqjel mentri il membru parlamentari tijak ridet iktar fi kliema stess ridet tithanzer u inti il din qijed tiprotegija u il missieri titratah ta zibel gvern imexxi min hemmek uwa gvern ahdar gvern vendikativ gvern li jekk ma taccetax il maqjel li itik idawar wiccu in naha lohra dawk uwa il gvern labourista sur Robert abela

Dan kollu li qed tghid zgur ma japplikax ghalina in-nurses, ghax hlief tasru fina u turu ingustizzja maghna bla hniena ma inthomx. Grazzi !

Qed isemmi dak kollu li tlifna fik Prim Ministru !!

Korrot Abela xkunsilent talleb ghamilt hdimt biex izomm mal frodisti mhux mal Poplu Malti

Baqa miexi l quddiem imma fil kurruzzjoni sur prim

Viva labour 🌹🌹

Wedha ohra - (Nigi ghandkhom) Ahna qed nistennewk . Grazzi

, bniedem strateġiku u organizzatur kbir. Ġgant politiku

Xejn m hu garantit sew qed tgħid għax in-nies tellawkom u nies isabtukhom

Ghadna qed nistennew li titwettaq il wedgha ta l equal work equal pay mal carers tal kuntrattur fl isptarijiet tal gvern

View more comments

Partit Laburista
1 day ago
Partit Laburista
Ċelebrazzjoni Jum il-Ħelsien

Niltaqgħu l-Ħamis li ġej.

🕖 19:00
📍 Xatt ir-Risq, il-Birgu
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 164
  • Shares: 81
  • Comments: 8

Comment on Facebook

Looking forward

Mela ilum adu jizisti jum helsin hawn barranin min kun nazzjon

Jien hemm se nkun!

Hemm nkun Prim.

TAHSBU LI KULHADD BECCUN!!!

KULL HADD IL BIRGU

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
€438,503 fdonazzjonijiet għall-Partit Laburista fsitt sigħat. GRAZZI!

€438,503 f'donazzjonijiet għall-Partit Laburista f'sitt sigħat. GRAZZI! ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 428
  • Shares: 26
  • Comments: 40

Comment on Facebook

Nati min naqa li ghandi ghax labour biss haseb fina

The winning team led by Robert Abela leader of Pl and Prime Minister. Prosit

Well done to All

Somma rekord 7 sieghat..sondagg b sahhtu wkoll

Well done!

Well done Proset

Proset... Viva l Labour

Well done

Well done proset

Well done 👍

Proset viva labour kuragg

Proset

Proset

Proset

Proset

Proset

Proset

Proset

Proset

Dawk li thanzru taw xi haga

Proset

Proset

Proset

VIVA L LABOUR

Missal komplewa nhar is Sibt li gej.

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek