Għin
lill-Partit Laburista
May 13, 2019
Fl-ambjent nistgħu naslu daqskemm wasalna fl-ugwaljanza
Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista tkellem dwar kif fil-qasam ambjentali nistgħu naslu bħalma wasalna f’oqsma oħra bħal l-ugwaljanza, fejn illum reġa’ kien ikkonfermat li Malta tinsab fil-quċċata.
Intervistat mill-Professur Ray Mangion f’Birkirkara, il-Prim Ministru tkellem dwar għadd ta’ temi fosthom l-inklużjoni tal-ambjent fil-kostituzzjoni Maltija, pass li ħa l-gvern immexxi minnu. Iżda, Dr Muscat qal li pajjiżna ma jridx jieqaf biss mal-liġijiet, għalkemm huma importanti. Tkellem dwar il-bżonn li jitwettqu l-affarijiet bil-fatti. Sostna li fil-qasam ambjentali għamilna ħafna affarijiet fosthom fil-kwalita tal-arja u spazji miftuħa iżda fadal ħafna xi jsir. Irrefera għall-proġett tal-Malta National Park u saħaq li kkonferma kemm l-kwalita tal-ħajja hija l-ogħla prijorita li għandhom in-nies kienet meta ra r-rezzjoni tan-nies għal din l-aħbar. Peress li dan il-Park se jkollhu wkoll l-Arkivju Nazzjonali, Dr Muscat qal li se jkun post fejn in-nies jistgħu jaraw affarijiet li imkien mhu ser jarawhom aktar.
Dwar it-teknoloġija, Dr Muscat qal li sirna pajjiż u poplu li niddependu ħafna fit-teknoloġija. Spjega li t-teknoloġija ser tkompli tavvanza u se tkompli tagħmel ħajjitna aktar faċli, iżda iktar ma tavvanza it-teknoloġija jkomplu jiżdiedu l-isfidi. Waħda mill-inizjattivi li qed issir ħidma fuqha hija spellchecker għall-Malti sabiex jintuża aktar meta niktbu fuq computer. Sostna li ser jippjanaw għall-futur li hu mogħni bit-teknoloġija imma li għandu bżonn skills ġodda, filwaqt li jkomplu joħolqu x-xogħol.
Dwar it-trasport pubbliku, Dr Muscat sostna li l-ewwel pass kien li jaqbdu pockets tas-soċjeta fejn dawn qed jużaw tal-linja b’xejn. Din tinkludi ż-żgħażagħ u l-istudenti kollha. Saħaq li se tkompli l-ħidma sakemm naslu li kull resident hawn Malta jibda juża tal-linja b’xejn.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.