Għin
lill-Partit Laburista
February 26, 2023
“F’mument tal-akbar sfidi, joħorġu b’aktar saħħa l-prinċipji u t-twemmin tagħna.” – il-PM
“Nibnu fuq it-tajjeb ħafna tajjeb li sar. Nindirizzaw fejn meħtieġ nindirizzaw. Hekk tajtkom il-kelma li se nagħmlu meta ġejt għandkom biex tafdawni bit-tmexxija ta’ dan il-partit. Hekk wgħedt il-poplu meta sena ilu, proprju bħal daż-żmien, kont qed nitolbu jafdani bl-ewwel mandat tiegħi. U aħna meta nagħtu kelma nżommuha.”
Dan qalu l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela f’Ħal Għaxaq fejn sostna kif b’mod konsistenti, tul din l-aħħar sena, intbagħat messaġġ ċar li dan hu Gvern li jrid jieħu ħsieb in-nies.
“Sfidi kellna, għandna u se jibqa’ jkollna. Imma kienet din l-attitudni, responsabbli u serja, li waslet biex quddiem kull sfida, dan il-pajjiż baqa’ miexi ’l quddiem. U l-kelma tiegħi hi, li se jibqa’ miexi ‘l quddiem.”
Il-Prim Ministru elenka kif din l-atitudni kienet riflessa f’diversi sitwazzjonijiet fosthom l-esperjenza tal-FATF fejn kienet prova mill-aktar b’saħħitha ta’ kif minn sfida, inħolqot opportunità li permezz tagħha, issaħħet il-governanza f’pajjiżna.
“U hija wkoll din l-attitudni li se nieħdu b’rabta mal-konċessjoni tal-isptarijiet li dwarha kien hemm sentenza tal-Qorti Ċivili nhar il-Ġimgħa li għadda… Id-direzzjoni aħħarija li tajt kienet li Steward trid tonora l-obbligi tagħha f’pajjiżna u li ladarba kien hemm każ il-Qorti l-gvern b’rispett lejn is-saltna tad-dritt kien se jistenna wkoll l-eżitu ta’ dik l-kawża.”
Wara li l-qorti tat id-deċiżjoni tagħha, il-Prim Ministru sostna li bħalma sar dejjem, se tiġi rispettata l-eżitu ta’ dik is-sentenza.
“Għandna f’pajjiżna saltna tad-dritt b’saħħitha u dan il-Gvern se jiddefendiha. Niddefenduha meta tattakkaha l-Oppożizzjoni u niddefenduha meta tattakaha Steward, għax fejn jidħol l-interess ta’ Malta għalina m’għandu jidħol xejn.”
Il-Prim Ministru qal ukoll kif issa l-Gvern mhux se jieqaf hawn. Il-Gvern jaf sew x’inhuma l-passi li jmiss b’mod partikolari ladarba jkun eżawrit il-proċess legali.
“Irrid dalgħodu nagħti s-serħan il-moħħ fuq tliet affarijiet –
Robert Abela qal ukoll kif il-Partit Laburista dejjem ħaddan prinċipju li jkun man-nies.
“It-tweġiba konsistenti li stajt nagħtihom b’kunfidenza hi li fil-ħidma tagħna se nibqgħu nipprijoritizzaw in-nies. Li se nibqgħu nkunu magħhom.”
Il-Prim Ministru saħaq ukoll kif matul l-aħħar xhur ittieħdu deċiżjonijiet strateġiċi importanti mmirati biex jipproteġu lill-familji.
Il-Prim Ministru temm id-diskors b’messaġġ ta’ fiduċja –
“Għax hekk tfisser li tibni fuq it-tajjeb. Din hi l-viżjoni tagħna. Hekk insarrfuha l-fiduċja f’pajjiżna. Għalhekk Kellna sfidi kbar u għelibnihom. Fdajtuni biex it-tajjeb nibnu fuqu u fejn meħtieġ nagħmlu aħjar. U allura dak se nibqgħu nagħmlu fiż-żmien li ġej. Għax dan pajjiż li mimli potenzjal. Dan pajjiż fejn kulħadd irid ikollu ċ-ċans jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu. Dan pajjiż sabiħ li għandna fiduċja fih.”
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.