Għin
lill-Partit Laburista
June 25, 2019
Ftehim dwar it-tmexxija tal-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ, Għawdex
Wara r-riżultat elettorali fil-Kunsill taż-Żebbuġ, Għawdex, il-kunsill elett huwa kompost minn żewġ kunsillieri f’isem il-Partit Laburista, żewġ kunsillieri f’isem il-Partit Nazzjonalista u kunsillier indipendenti.
Il-kunsillieri eletti f’isem il-Partit Laburista u l-kunsillier indipendenti waslu fi ftehim dwar pjan ta’ ħidma għal din il-leġiżlatura. Ftehim li se jwassal biex matul il-ħames snin li ġejjien ikun implimentat il-manifest elettorali tal-Partit Laburista. Il-kunsillier indipendenti Nicky Saliba se jservi bħala Sindku fl-ewwel nofs tal-leġiżlatura u l-kunsilliera Marlene Cini sservi bħala Sindku fit-tieni nofs tal-leġiżlatura.
Marlene Cini se sservi bħala Viċi Sindku fl-ewwel nofs tal-legiżlatura, filwaqt li Sandra Grech se sservi bħala Viċi Sindku fit-tieni nofs tal-leġiżlatura.
Dan il-ftehim intlaħaq fl-aħjar interess tal-lokal, b’mod li tkun assigurata tmexxija stabbli u denja għall-ġid tar-residenti taż-Żebbuġ u Marsalforn. Bl-implimentazzjoni tal-manifest elettorali tal-Partit Laburista qed tkun assigurata qabża fil-kwalità tal-lokal, bi proposti ambizzjużi u bżonnjużi għall-komunitajiet taż-Żebbug u Marsalforn.
Dan il-ftehim qed ikun imħabbar f’din l-istqarrija għall-benefiċċju tar-residenti u għall-fini ta’ trasparenza. Dan b’mod li tingħata ċ-ċertezza neċessarja għall-Kunsill Lokali biex jopera b’mod adekwat.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.