• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

February 19, 2023

“Għandna fiduċja fikom. Għandna fiduċja fl-Għawdxin u l-Maltin kollha.” – il-PM

“Il-fiduċja f’pajjiżek iżżommha billi n-nuqqasijiet tagħrafhom u tindirizzahom, billi s-sabiħ tapprezzah, issaħħu u tippromwovih, billi l-futur taħdem għalih kuljum biex ikun isbaħ. U isbaħ se jkun għax għandna fiduċja f’pajjiżna.” 

Dan qalu l-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela fil-Birgu fejn semma kif bħal daż-żmien sena, kienet bdiet il-kampanja Malta Flimkien, pjan li llum sodisfatt li qed jitwettaq ma’ kull jum li jgħaddi. 

“Lanqas għaddiet sena mill-bidu tal-kampanja elettorali u komplejna nżommu kelmtna mal-Għawdxin u l-Maltin b’ritmu liema bħalu.”

Il-Prim Ministru spjega kif minn għada, iż-żgħażagħ se jkunu jistgħu japplikaw biex igawdu minn miżura oħra maħsuba biex tgħinhom isiru sidien ta’ djarhom. 

“Għednilkom li jekk ningħataw il-fiduċja nintroduċu miżura oħra biex il-pakkett ta’ għajnuna lill-first-time buyers ikun l-ikbar li qatt kien. U hekk għamilna. Kull first-time buyer li jieħu self biex isir sid daru, se nagħtuh għotja ta’ elf ewro fis-sena fuq l-ewwel għaxar snin.”

Miżuri oħrajn immirati direttament lejn iż-żgħażagħ huma eżenzjoni mit-taxxa tal-boll u inċentivi kbar għal min jixtri f’Urban Conservation Area, fost oħrajn. 

Robert Abela ġab eżempju biex jispjega s-sostenn li jirċievu koppji li jsiru sidien ta’ djarhom. Dawk li jixtru dar modesta biex jirranġawha u jgħixu fiha, issa mhux se jħallsu ċenteżmu f’taxxa tal-boll. Fuq proprjetà ta’ €300,000, imqabbel ma’ qabel il-bidla fil-Gvern fl-2013, dawn jiffrankaw kważi €13,000 f’taxxi. Barra minn hekk, jieħdu wkoll grant ta’ €15,000 b’miżura li ddaħħlet is-sena l-oħra għal min jixtri f’UCA. U issa se jieħdu għotja oħra ta’ €10,000. Sostenn ta’ €38,000. U b’rabta mal-ispejjeż biex jirrestawraw id-dar, jingħataw għotja sa massimu ta’ €54,000. Dan hu l-mod kif qed jingħataw il-ħajja l-ibliet u rħula tagħna. 

“Minkejja ċ-ċirkostanzi internazzjonali ta’ sfida li qed noperaw fihom, aħna bqajna nwettqu l-pjan tagħna. Għax hu pjan maħsub. Hu pjan serju u costed.  Għalhekk magħna l-Maltin jafu fejn qegħdin. Għax nagħtu kelma u nżommuha. 

Għidna li se nżidu l-għajnuna lill-pensjonanti u żidniha.

Għidna li se nsostnu lill-familji u żidnielhom ic-children’s allowance. 

Għidna li se ngħinu lill-first time buyers. U hekk qed nagħmlu. 

U lil dawn kollha, ma dak li tajnihom din is-sena, fl-erbgħa snin li jmiss se nagħtuhom aktar.

Għax jekk fi ftit xhur tellaqna dan kollu, ir-riżultati ekonomiċi sbieħ li se jseħħu minħabba l-miżuri li qed indaħħlu u l-inizjattivi li qed nieħdu, se jkunu l-pedament biex ma dak li għamilna nagħmlu iktar, u ma dak li ksibna, niksbu iktar.”

Il-Prim Ministru rrimarka wkoll il-fiduċja kbira fil-potenzjal li għandha l-Kottonera. 

“Għalhekk qegħdin nagħmlu hawn investiment rekord. Għalhekk se nkomplu ninvestu fi proġetti ta’ fejda. 

Mill-infrastruttura, għar-restawr, għall-ambjent u l-isport. 

Għandna għat-tlett ibliet fost l-iktar proġetti sbieħ u ambizzjużi. 

Biex intejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ dawk li jgħixu hawn, biex inpaxxu lil dawk li jżuru din iż-żona tant sabiħa. Għalina l-Kottonera tfisser potenzjal u l-ewwel li rridu jilħqu l-potenzjal tagħhom huma niesha.”

Robert Abela qal ukoll kif dan il-gvern huwa kommess li f’din il-leġiżlatura, daqskemm iridu jinħolqu spazji ġodda, jeħtieġ li nsebbħu li għandna u flimkien mat-tkabbir ekonomiku tingħata spinta bla preċedent ħalli tkompli titjieb il-kwalità tal-ħajja tan-nies. 

Il-Prim Ministru aċċena wkoll kif il-Partit Laburista fil-Gvern wettaq bidliet kbar li ssarrfu f’riżultati pożittivi fosthom il-mod kif l-impjiegi żdiedu b’aktar minn €100,000 u l-mod kif fis-sena li għaddiet, għall-ewwel darba fl-istorja, minn kull għaxar vetturi ġodda, sitta ma jaħdmux biss bil-petrol jew bid-diżil imma jużaw l-elettriku. 

“Din kienet, għadha u se tibqa l-konvinzjoni tiegħi fuq kif nagħmlu l-politika. Jekk il-familji Għawdxin u Maltin isibu l-Gvern warajhom, huma dejjem se jagħżlu l-aħjar għal pajjiżna. 

Din hi l-politika għalina. U biex nilħqu dawn l-għanijiet irridu naħdmu lkoll flimkien. 

U għax naħdmu lkoll flimkien mhux biss pajjiżna jimxi ‘l quddiem. 

Imma jkun wieħed mill-iktar li jimxi ‘l quddiem fl-Unjoni Ewropea kollha.”

Il-Prim Ministru temm b’messaġġ ċar favur li nkomplu ntejbu fuq it-tajjeb li jeżisti u nindirizzaw l-isfidi mingħajr biża’. 

“F’kemm ilna li ngħatajna l-fiduċja mill-2013 ‘il quddiem għamilna ħafna u ħafna tajjeb. 

Peró żbalji għamilna wkoll u nkunu suppervi jekk dawk l-iżbalji ma nindirizzawhomx. 

Għalhekk mill-ewwel darba li tajtuni l-fiduċja biex immexxi lil dan il-partit u dan il-pajjiż  adottajt politika konsistenti. Nibnu fuq il-ħafna tajjeb li sar, iżda fejn hemm x’nindirizzaw nindirizzawh mingħajr biża’. 

U dak hu l-politika li se nibqgħu nħadmu għaż-żmien li ġej. 

Għax il-fiduċja f’pajjiżek hemm iżżommha.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
4 hours ago
Partit Laburista
Qed nisimgħu u se nibqgħu nisimgħu. Il-messaġġ tiegħi lil kulħadd jibqa’ ‘Ejja nibqgħu saqajna mal-art.’

Kliem il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’waħda minn sensiela ta’ laqgħat mad-delegati tal-Partit Laburista.

Qed nisimgħu u se nibqgħu nisimgħu. Il-messaġġ tiegħi lil kulħadd jibqa’ ‘Ejja nibqgħu saqajna mal-art.’

Kliem il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’waħda minn sensiela ta’ laqgħat mad-delegati tal-Partit Laburista.
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 355
  • Shares: 77
  • Comments: 21

Comment on Facebook

Paroli sabih jitkellem il Prim, imma meta tiġi ghal fatti ksuhat isib

Importanti li tisma Prim specjalment lilna Laburisti genwini

Mill-paroli ghaddi ghall-fatti ghax hawn hafna nies mwegga.

Prosit u grazzi Prim Ministru tal-opportunita.

Laburisti stess qed jaghmlu hsara. U bil provi

Adni qijed nistenik biex tismani prim

Jekk int ragelara min watts ittra li batlek fkastilja fit22ta settembru

ghahna iz zibel narmuh jaf xghandu jghmel il prim mux phal grub ta BENDU

Isma mesagi tal hadiem malti gejna skjavi tal kuntraturi nigru m kuntratur ghal kuntratur gvern koplici kolox jaf

Uniku

Ilmenti mill w services....nahsbu fiz zhir

Ahna f'idejk King hu hsiebna pls.

Ghandek bzonn tiknes nofs in nies ta madwarek ghax gol hajt qed idahluk

PROSIT PRIM MINISTRU!!!!

Isma mesagi tal hadiem malti

Sur pm il poplu xeba b immigranti illegali

PM not more PRIME MINISTER but PURE MAFIA.

View more comments

Partit Laburista was live.
13 hours ago
Partit Laburista
Konferenza tal-Aħbarijiet mill-Partit Laburista

Konferenza tal-Aħbarijiet mill-Partit Laburista ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 55
  • Shares: 45
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Grazzi ghalik Ministru, ghax tahdem bla waqfien u dan qed jidher x xoghol , u lin nies li jigu bzonn xi ghajnuna. Dan jidher kemm thobb lil Ghawdex. Grazzi ta kullma qed taghmel.

Prosit hafna minstru. Well done 👏

Prosit Clint

Proset Romilda Baldachino Zarb. CERTEZZA W STABBILTA'.

👏🏻👏🏻👏🏻👏🏻👏🏻

PROSIT LILKHOM , KOMPLU GHAJJIEN . MINISTRU . EXCELLANT BEAUTIFUL GOZO .

View more comments

Partit Laburista
1 day ago
Partit Laburista
Erbaħna sfidi kbar u hekk se nibqgħu nagħmlu.

Ma hemm xejn garantit. Ta’ kuljum irridu nibqgħu naħdmu bis-saħħa biex inżommu l-fiduċja tal-poplu tagħna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 407
  • Shares: 55
  • Comments: 63

Comment on Facebook

Proset Prime Robert Abela keep the good work God bless you

Keep up the good work.

Meta taghtu kasna nergaw nivutalkom laburist imdejaq. Asartuna u armejtuna.

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Biex ma tinsa qatt Robert Abela ghax jien mhu se naqta' qalbi qatt 💔 #ivaghalinkjestapubblika #justiceforjeanpaulsofia

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ GVERN LI JAHSEB F'KULLHADD b' CERTEZZA W STABBILTA'.

Great job 👍

Great job 👍

The best!

The best

THE BEST

Hali inafrek naqa sur Robert abela ax nahseb inti tinsa taht gvern labourista inti il missieri halejtu homeless taht gvern labourista flok rajt u amilt dmirek batni il counter terrorism unit taht gvern labourista persuna li ridet tejn il missieri taf xqalulu ahjar ma tindahlx ax il prim andu problema ma tifel tijaw taht gvern labourista gejna stmati ta zibel taht gvern lanourista ax missieri maccetax il maqjel li tajtuh edtulu heq stenna issa missek hadtu imbat ta madwarek hemm iswed fuq abjad li ridu jithanzru u il missieri pretendejtu li jacceta il maqjel mentri il membru parlamentari tijak ridet iktar fi kliema stess ridet tithanzer u inti il din qijed tiprotegija u il missieri titratah ta zibel gvern imexxi min hemmek uwa gvern ahdar gvern vendikativ gvern li jekk ma taccetax il maqjel li itik idawar wiccu in naha lohra dawk uwa il gvern labourista sur Robert abela

Dan kollu li qed tghid zgur ma japplikax ghalina in-nurses, ghax hlief tasru fina u turu ingustizzja maghna bla hniena ma inthomx. Grazzi !

Qed isemmi dak kollu li tlifna fik Prim Ministru !!

Korrot Abela xkunsilent talleb ghamilt hdimt biex izomm mal frodisti mhux mal Poplu Malti

Baqa miexi l quddiem imma fil kurruzzjoni sur prim

Viva labour 🌹🌹

Wedha ohra - (Nigi ghandkhom) Ahna qed nistennewk . Grazzi

, bniedem strateġiku u organizzatur kbir. Ġgant politiku

Xejn m hu garantit sew qed tgħid għax in-nies tellawkom u nies isabtukhom

Ghadna qed nistennew li titwettaq il wedgha ta l equal work equal pay mal carers tal kuntrattur fl isptarijiet tal gvern

View more comments

Partit Laburista
1 day ago
Partit Laburista
Ċelebrazzjoni Jum il-Ħelsien

Niltaqgħu l-Ħamis li ġej.

🕖 19:00
📍 Xatt ir-Risq, il-Birgu
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 164
  • Shares: 81
  • Comments: 8

Comment on Facebook

Looking forward

Mela ilum adu jizisti jum helsin hawn barranin min kun nazzjon

Jien hemm se nkun!

Hemm nkun Prim.

TAHSBU LI KULHADD BECCUN!!!

KULL HADD IL BIRGU

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
€438,503 fdonazzjonijiet għall-Partit Laburista fsitt sigħat. GRAZZI!

€438,503 f'donazzjonijiet għall-Partit Laburista f'sitt sigħat. GRAZZI! ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 428
  • Shares: 26
  • Comments: 40

Comment on Facebook

Nati min naqa li ghandi ghax labour biss haseb fina

The winning team led by Robert Abela leader of Pl and Prime Minister. Prosit

Well done to All

Somma rekord 7 sieghat..sondagg b sahhtu wkoll

Well done!

Well done Proset

Proset... Viva l Labour

Well done

Well done proset

Well done 👍

Proset viva labour kuragg

Proset

Proset

Proset

Proset

Proset

Proset

Proset

Proset

Dawk li thanzru taw xi haga

Proset

Proset

Proset

VIVA L LABOUR

Missal komplewa nhar is Sibt li gej.

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek