Għin
lill-Partit Laburista
December 15, 2019
Għawdex sar dar naturali għall-politika progressiva
Il-familji Maltin u Għawdxin m’għadhomx maqsumin b’mod li n-naħa ta’ isfel tal-pajjiż ixaqleb il-Partit Laburista u n-naħa ta’ fuq lejn il-Partit Nazzjonalista.
“Illum kburin li l-pajjiż kollu jxaqleb lejn il-Partit Laburista, u dan il-moviment. Jien kburi li Għawdex sar id-dar naturali tal-politika progressiva,” qal il-Prim Ministru Joseph Muscat li f’Ta’ Sannat tkellem dwar kif daqs għaxar snin kien beda jispjega l-għan tiegħu li f’Għawdex ikun hemm maġġoranza ċara favur il-Partit Laburista.
“Araw minn fejn tlaqna u araw fejn wasalna… jien mhux se ngħidilkom Għawdex tagħna. Għawdex tagħkom, Għawdex tal-Għawdxin u l-Partit Laburista jrid jara li Għawdex jibqa’ tal-Għawdxin,” qal Joseph Muscat f’diskors fejn tkellem dwar l-investiment li hemm f’Għawdex.
“Qed noħolqu l-futur f’din il-gżira,” qal il-Prim Ministru meta tkellem dwar il-ħafna tajjeb li sar, iżda wkoll l-iżbalji li nsista li tagħhom jerfa’ r-responsabbiltà hu.
Segwi d-diskors fil-filmat.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.