Għin
lill-Partit Laburista
January 22, 2020
“Għawdex se jkun fuq quddiem nett tal-ħsibijiet u l-pjanijiet tiegħi”
“Ftit ġimgħat ilu, tlabtuni xi ħaġa. Tinsiex ‘il Għawdex. U tajtkom kelma li Għawdex se jkun fuq quddiem nett tal-ħsibijiet u l-pjanijiet tiegħi. Illum qiegħed hawn biex inżomm kelmti magħkom.”
Dan qalu l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista,Robert Abela ġewwa r-Rabat Għawdex.
Il-Prim Ministru saħaq kif din l-aħħar ġimgħa kienet waħda impenjattiva, ġimgħa fejn kienet tirrikjedi ċertu deċiżjonijiet. “Kien hemm deċiżjonijiet iebsin li riedu jittieħdu iżda ħadnihom… Ġimgħa fejn rajna ħafna fiduċja min-nies b’mod tanġibbli. Tapprezza l-imħabba u l-fiduċja.”
Iżda l-aktar li spikkat kienet l-għaqda. “Nemmen fl-għaqda. Fi ftit sigħat wara t-tellieqa għal-leadership tal-partit, mill-ewwel ingħaqadna filwaqt li ħaddieħor baqa’ jitkisser. Ħriġna aktar b’saħħitna. Dan hu mertu tagħkom. Mertu ta’ kemm tħobbu lill-partit, ta’ kemm għaraftu li aħna partit wieħed, niġbdu ħabel wieħed. Mhux ta’ b’xejn inħobbkom,” qal il-Prim Ministru.
Robert Abela tkellem ukoll dwar il-ħatra tal-kabinett li tant hu kburi biha. Sostna li hemm il-ħeġġa biex isir ix-xogħol, hemm il-kuraġġ biex isir il-ġid filwaqt li jittieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu.
“Il-viżjoni tiegħi hi li nġibu l-istabilita’. Ħdimna ħafna fl-ewwel ġimgħa imma rridu nħarsu ‘l quddiem ħa nkomplu ntejjbu l-ħajja tagħna. Irridu stabilita’ fin-negozji tagħna. Inkunu partit, pajjiż u gvern li nħallu n-negozji jaħdmu… Be ħsiebni nibda mmur jien stess fil-komunita’ tal-businesses. Mhux qed nistennew li n-negozji jiġu għandna. Aħna ħa mmorru.”
Il-Prim Ministru emfasizza li pajjiżna jista’ verament jibqa’ miexi ‘l quddiem, partikolarment f’Għawdex. Semma kif is-sena l-oħra kien hemm miljun u erba’ mitt elf passiġġier li qasmu l-fliegu bejn Malta u Għawdex u kif dawn huma figuri bla preċedent. Għall-infrastruttura, saħaq li sar ħafna xogħol iżda fadal x’isir. Rigward l-iżvilupp sostenibbli, Robert Abela fisser kif għandna nibżgħu għall-ambjent filwaqt li l-iżvilupp sostenibbli jibqa’ miexi ‘l quddiem b’mod intelliġenti.
Fuq kollox, il-Prim Ministru assigura li jrid jara li l-ġid li jinħoloq, jitqassam ma’ kulħadd.
“In-nies jgħixu bil-flus fil-but u dak li rridu nassiguraw aħna. Aktar ġid jitqassam bejn kulħadd. Dik hija l-ambizzjoni tagħna. Din mhijiex xi ħaġa ta’ waħdi. Waħdi ma nasalx. Nitlobkom biex tkunu magħna. Ejjew ħalli din tkun il-proġett tagħna. Poplu Malti wieħed, proġett ta’ pajjiż magħqud..Għandna wisq sabiħ li jgħaqqadna biex inħallu l-ftit ikissirna. Għaddejna minn mumenti diffiċli. Imma ġej żmien sabiħ ukoll u ġa bdejnieh.”
Il-Prim Ministru saħaq li l-għan ewlieni għandu jibqa’ dak tal-għaqda. “Nibqgħu magħqudin u nħobbu lil xulxin. Kuraġġużi. Nemmnu fit-tama għal pajjiż aħjar. Flimkien nimxu ‘l quddiem.”
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.