• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

May 1, 2019

Għażla bejn ix-xogħol u l-firda, l-inklużjoni u l-biża’, l-imħabba u l-għira

Maħruġa mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Partit Laburista

 

Għażla bejn ix-xogħol u l-firda, l-inklużjoni u l-biża’, l-imħabba u l-għira

 

Quddiem l-eluf li ħonqu Pjazza Kastilja għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel ta’ Mejju, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, tkellem dwar għażla ċara.

“L-għażla fil-25 ta’ Mejju hija ċara. Bejn min johloq ix-xogħol u min jiżra l-firda. Bejn minn joffri t-tama u min jitkellem dwar il-biża’. Bejn min jemmen fl-inklużjoni, u min irid iżolament. Bejn min jaħdem bl-imħabba, u min jaħdem bl-għira,” qal il-Prim Ministru li beda d-diskors tiegħu billi tkellem dwar il-prinċipji tal-moviment mibni madwar il-Partit Laburista.

“L-ugwaljanza, il-mobbiltà soċjali, il-ġustizzja soċjali.  It-tliet prinċipji tal-moviment tagħna li flimkien mal-għaqda nazzjonali jagħmluna kburin li aħna Maltin u kburin li Ewropej.  L-ugwaljanza għax inħossu li kulħadd għandu jkollu l-istess opportunitajiet, jekk hux mara jew raġel, jekk mhux min-naħa jew oħra tal-pajjiż, jekk hux sinjur jew fqir.  Il-mobbiltà soċjali għaliex irridu li uliedna jimxu ‘l quddiem aktar milli rnexxejna aħna u qed noħolqu middle class ġdida għalihom.  Il-ġustizzja soċjali għaliex għalina mhux aċċettabbli li min jaqa’ lura ninsewh warajna, iżda rridu ngħinuh u jekk hemm bżonn inġorruh magħna.  Dawn huma l-valuri li jagħmluna progressivi, soċjalisti, Maltin u Ewropej,” qal il-Prim Ministru li tkellem kif din l-attitudni ġabet bidla kbira fil-pajjiż. Fost oħrajn pajjiż li kien b’defiċit spiċċa b’surplus u pajjiż li kien ma tal-aħħar fil-lista tad-drittijiet ċivili spiċċa fost tal-ewwel. Hawn elenka lista ta’ bidliet kbar li għamlet Malta biex saret l-Aqwa fl-Ewropa f’bosta oqsma.

Iżda, il-parti l-kbira tad-diskors tal-Prim Ministru kienet iffokata dwar il-viżjoni għall-ġejjieni. Viżjoni mibnija fuq il-ħtieġa  ta’ investiment fl-infrastruttura, l-innovazzjoni u l-inklużjoni.

“Ħaddieħor jipprova jgħidilkom li aħna l-agħar pajjiż fl-Ewropa. Jien naħdem biex nibqgħu l-Aqwa fejn ġa sirna l– Aqwa u biex insiru l-Aqwa fejn inħossu  li nistgħu ngħamlu iktar,” qal il-Prim Ministru li tkellem dwar l-investiment fit-toroq u l-investiment fil-housing fost oħrajn.

“Hekk nafu naħdmu aħna. Bilgħaqal.  Għall-ħafna mhux għall-ftit.  Għax għandna l-polz tal-poplu f’idejna, nafu min sejjer tajjeb, imma ħsiebna f’min qed jaqa’ lura. Għax dan hu gvern li ma jinsa lil ħadd,” spjega Joseph Muscat li tkellem dwar kif pajjiżna jrid jimraħ ukoll fis-settur tal-innovazzjoni.

“Irridu ngħinu lin-negozji tagħna biex jidħlu f’oqsma ġodda. Bħala gvern qed nuruhom li jekk ikunu lesti jidħlu għat-teknoloġiji tal-lum bħal Intelliġenza Artifiċjali, l-Automation u l-Blockchain mingħandna se jsibu spalla minnufih. Il-ħaddiema Maltin ma jibżgħux mill-futur hekk kif l-Ewropa m’għandiex tibża’ mill-futur,” sostna l-Prim Ministru li tkellem dwar kif il-gvern irid jgħin il-ħaddiema quddiem il-bżonn ta’ dawn il-bidliet.

L-inklużjoni hi settur ieħor fejn trid issir bidla kbira. U għalhekk ir-riforma għal iktar ugwaljanza, fosthom bejn l-irġiel u n-nisa.

Joseph Muscat tkellem ukoll dwar Malta fl-Ewropa ħmistax –il sena wara s-sħubija.

“Bħal lum 15 –il sena ilu pajjiżna ssieħeb fl-Unjoni Ewropea. Tul is-snin urejna li minn din is-sħubija nistgħu ngħamlu suċċess jekk inkunu determinati aħna li nagħmlu suċċess. Ngħamlu suċċess billi mmexxu bl-eżempju u bl-azzjoni. Irridu mmexxu wkoll fl-oqsma li kif għidtilkom illejla rriduhom prijorita għaż-żmien li ġej. L-infrastruttura l-innovjazzjoni u l-inklużjoni,” qal Joseph Muscat.

Spjega kif ikun inutli tfaħħar lil ta’ qablek dwar kemm ħadmu biex Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, jekk illum tbeżża’ b’dawk li kienu jkunu deskritti bħala l-ikbar vantaġġi tas-sħubija tal-Unjoni Ewropea.

“Inutli tilgħabha tal-Ewropew jekk illum tipprova tbeżża’ bil-barranin u tiżra’ l-mibegħda lejn minn mhux Malti. Qalulna fqajna lil Malta bil-barranin. Tafu biex fqajna lil Malta, bix-xogħol,” kompla l-Prim Ministru li tkellem dwar it-tim ta’ kandidati tal-Partit  Laburista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

“Għandna tim ta’ kandidati li jien niġi hawn magħhom u npoġġi ismi taħt kull wieħed minnhom. Maltin li qed jagħtu dak kollu li jafu biex fil-ħames snin li ġejjin ikollna rappreżentanti li jżommu lil Malta f’qalbhom dejjem u kulimkien. Għax hekk ikunu qed iżommu lilkom f’qalbhom u jgħinu biex l-Ewropa tkun waħda progressiva u soċjali,” sostna l-Prim Ministru.

Joseph Muscat irrefera għal mod dwar kif l-oppożizzjoni riedet iċaħħad 130,000 persuna fi 23 lokalità mid-dritt għall-vot.

“Ir-risposta trid tkun fil-25 ta’ Mejju. Lil min prova jċaħħad id-dritt tal-vot irridu nwġebuh fil-25 ta’ Mejju. Għalhekk preżentajna tim b’saħħtu ta’ kważi 400 kandidat minn kull qasam tal-ħajja.  Żgħażagħ, nisa, nies ta’ esperjenza, persuni b’diżabbilta, kunsillieri  preżenti u oħrajn ġodda. Għax aħna dan il-logħob bid-demokrazija ma nilgħabuhx. Ma nilgħabuhx għax ma nibżgħux mill-ġudizzju tal-poplu.  Ma nilgħabuhx għax aħna l-moviment li ta l-vot sittax u ma kienx se jkun parti minn skema biex dawn ma jivvotawx,” tenna l-Prim Ministru li reġa’ għamel stedina lill-Maltin u l-Għawdxin biex ikunu protagonisti mill-ġdid.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u kandidat tal-Partit Soċjalista Ewropew għall-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans, tkellem dwar kif i l-Partit Laburista f’Malta trrasforma l-pajjiż bil-kisbiet kbar li għamel fl-aħħar snin.

Avvanzi li ġabu lill-pajjiż ferm aħjar minn kif kien ftit snin ilu taħt amministrazzjoni preċedenti. Timmermans beda d-diskors tiegħu billi ddeskriva lil Malta bħala “one of the pearls in the crown of the European Union.”

Il-pass li jmiss hu li l-poplu Malti u Għawdxi jagħmel l-għażla li jmiss – dik li jara fejn irid li pajjiżu jasal fil-ħames snin li ġejjin filwaqt li enfasizza kif l-unika triq offruta hija dik tal-Partit Laburista.

Tkellem ukoll id-Deputat Prim Ministru, Chris Fearne fejn saħaq kif “irridu li l-ħaddiema tagħna jkunu sinjuri. Din hi l-ħolma tagħna llum għax nistgħu. Naqtgħu l-faqar għal dejjem mill-pajjiż u nagħmlu l-ħaddiema tagħna kollha sinjuri…Aħna rridu li uliedna u ulied uliedna jgawdu l-prosperita’ aktar minnha.”

 

 

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista

 

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
13 hours ago
Partit Laburista
RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela

RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 173
  • Shares: 20
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
18 hours ago
Partit Laburista
Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna.

Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 719
  • Shares: 64
  • Comments: 61

Comment on Facebook

Mhux hekk wara li armejtuna u taghituna b sieq .. Gej il bikki rega . Armi lemm qaziztu l alla tiklu wahidkom.

Grazzi tax xghol kollu li qijghad jghamel il partit pero isimghaw lilmenti tan nies gusti

Il-partit li jiġbed in-nies dejjem lejh. Qatt qabel ma kien hawn partit li żamm maġġoranza assoluta daqs illum. Grazzi għall-gvern u l-partit Laburista❤️🌹🇲🇹

Ara ma jigbdilkomx IL bieb mieghu GAHAN

Kien nofs t'nhar eccelenti. Prosit ta' l-innizjativa. U prosit lill-volontiera kollha.

Ahjar tifthu l bibien biex tiltaqu mal familjari tal vittmi tal konstruzjoni li tinsab bla kontroll.

Good morning ☀️

Good morning❤

Min Mmaqdar Rrid Jixtri Hommor

Mela l- kontra li qed jigri fil- Pieta 😆 🤣 😂

Minn hu armat u minn hu zarmat proset PL

Good morning ☀️

Good morning❤

Good morning❤

Well done!!

Good morning

Prosit u grazzi li tajtu din l-opportunita lil nies sabiex jigu l-CNL.

Suldati ta'l azzar fil kju

Tistaw tifthu il bieb tal bejd alija ghax qat mintom atarawni izjedd qass biex nerga nivota u tesera qas inhalasa iktar

Viva l Labour

Tistaw tifthu t twieqi ukoll ta ha tibdlu ftit larja ukoll. :)

Proset

Dawk laqas jivitaw darba ohra

Ma taghmilx differenza jifthu l.bibien

Grazzi u proset

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Open Day fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista miftuħ għall-pubbliku s-Sibt li ġej mid-09:00 sas-13:00.

Ingħaqad magħna 🔴
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 80
  • Shares: 107
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Inizzjattiva sabiha li jinghata ktieb b xejn mal membership . U Dawk li hallsu online ?

XAXQA. KEM SE TITOLBUWOM DONEJXIJN?

jekk jogħġbok ħallili messaġġ fil-privat, għandi xi affarijiet xi ngħidilkom li jistgħu jkunu ta' interess għalik

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista

Photos from Partit Laburista's post ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 22
  • Shares: 6
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Id-differenza bejn Robert Abela u Bernard Grech

Għal ħaddieħor, l-għajnuniet li jagħti l-Gvern mhumiex sostenibbli. Irid jipprova jaqtagħlek qalbek.

Id-direzzjoni tagħna hija ċara. Ingħaqad magħna.

Ċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 64
  • Shares: 41
  • Comments: 4

Comment on Facebook

God Bless

Haddiehor f' l- Opposiizzjoni kollox BABAW, Izda meta jkunu fit-TMEXXIJJA JKUNU HEMM BISS BIEX JIGU SERVUTI W MHUX BIEX JSERVU LIL POPLU MALTI.

The best

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek