Għin
lill-Partit Laburista
May 27, 2019
Għażliet fl-interess tal-pajjiż
Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, esprima s-sodisfazzjon tiegħu dwar il-mod kif inhi magħmula d-delegazzjoni tal-Partit Laburista għall-Parlament Ewropew.
“Hemm taħlita tajba ħafna ta’ esperjenza u enerġija ġdida,” qal il-Prim Ministru li nnota d-differenza fl-età, ir-rappreżentanza ekwa bejn is-sessi u l-fatt li hemm MEP minn Għawdex. Joseph Muscat radd ħajr lill-kandidati kollha fuq il-lista tal-Partit Laburista.
F’laqgħa fl-uffiċċju tiegħu ma’ Miriam Dalli, Alfred Sant, Alex Agius Saliba u Josianne Cutajar, Joseph Muscat qal li fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed jikkunsidra n-nomina tal-persuna bħala Kummissarju Ewropew.
“Dan nagħmlu bl-aħjar interess tal-pajjiż f’moħħi. Jien ċert li r-rappreżentanti tal-Partit Laburista se jkunu qed jaħdmu biex iwasslu l-messaġġ dwar il-persuna, jew persuni magħżula,” qal il-Prim Ministru li spjega kif hemm linja ta’ ħsieb li jkun hemm żewġ persuni nominati minn kull Prim Ministru u jkun il-President il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea li jagħżel jew tagħżel. Joseph Muscat qal li dwar dan għad irid ikun hemm diskussjoni u meta l-proċedura tkun stabbilità se jkun qed jinnomina persuna jew persuni li jkollhom il-kredenzjali biex isiru Kummissarji Ewropej.
Irrefera għall-appell li għamel ilbieraħ li l-MEPs Maltin jaħdmu flimkien. “Aħna lesti li naqilbu l-folja,” qal Joseph Muscat li tenna kif filwaqt li l-MEPs m’għandhomx ikunu fan club tal-gvern għandu jkun hemm oġġettività.
Il-Prim Ministru spjega kif b’parlament maqsum bejn tant gruppi differenti l-personalità tal-persuna magħżula se tkun importanti iktar milli kienet fi drabi oħra.
Uffiċċju Komunikazzjoni
Partit Laburista
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.