Għin
lill-Partit Laburista
March 6, 2021
Grech idu marbuta għax bl-istess ksur ta’ liġi ta’ Azzopardi
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista reġa’ staħba mill-ġurnalisti u minflok ta biss kumment fuq news portal biex jiddefendi l-aġir ta’ Jason Azzopardi li għamel snin ma jiddikjarax it-taxxa.
Filwaqt li ċ-ċittadini onesti jħallsu t-taxxa ta’ kull sena, Jason Azzopardi għażel li jsib skuża banali biex ma jagħmilx dan. Bernard Grech din l-iskuża għamilha tiegħu u insulta lill-eluf ta’ ħaddiema li minkejja li għaddew minn separazzjoni, l-obbligu tat-taxxa tagħhom dejjem onorawh.
Però Jason Azzopardi huwa mimli arja għaliex il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ma jistax jieħu passi kontrih wara li fl-aħħar snin għamel proprju bħalu u ma ħallasx it-taxxa.
Huwa ċar kristall li kap li ma jħallasx it-taxxa mhux qiegħed f’pożizzjoni li jieħu passi kontra deputati li jagħmlu bħalu.
Bernard Grech, li jew ma jidhirx biex iwieġeb jew jistaħba fil-lift, m’għandu ebda awtorità morali jitkellem fuq korrettezza u etika fil-politika. Fuq kollox ma jistax jieħu passi kontra min irrikattah sa mill-ewwel ġurnata fil-kariga.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.