• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

January 26, 2021

“Gvern determinat li jkompli jġib is-suċċessi.” – Il-PM

“Dan hu Gvern onest li jieħu d-deċiżjonijiet għan-nies.”

Qal dan il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela waqt attività politika f’Ħal Tarxien u li kienet konformi mad-direttivi kollha mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Il-Prim Ministru Robert Abela beda billi aċċenna għall-wegħda ta’ ġimgħa ilu fejn sostna li l-Gvern se jibda jinżel b’aktar impenn fost in-nies u b’hekk il-kampanja “Gvern għan-Nies.”

“Meta tisma’ lin-nies turi verament l-aqwa forma ta’ kif tħoss il-polz tan-nies.”

Fost oħrajn, il-Prim Ministru tkellem dwar l-inawgurazzjoni tal-mini ġodda taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija. Sostna kif dan huwa Gvern li b’differenza minn amministrazzjonijiet passati, jżomm mal-wegħda tiegħu li jwettaq u jwettaq fil-ħin.

Dr. Abela qal kif dan se jibqa’ jsir fil-jiem li ġejjin hekk kif fost oħrajn ħabbar li daqt se jitħabbru d-dettalji tal-iskema ta’ għajnuna finanzjarja għall-barijiet u l-każini li kellhom jagħlqu minħabba l-pandemija.

Spjega wkoll kif f’din l-aħħar ġimgħa bdiet id-diskussjoni fil-Parlament dwar l-abbozz ta’ liġi dwar l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni li tirregola l-industrija tal-bini u l-kostruzzjoni.

“Irridu nirrikonoxxu li din l-industrija hija ewlenija għall-ekonomija tagħna imma naċċettaw li hemm bżonn intellgħu l-livelli filwaqt li ċertu prattiċi tal-passat mhumiex aktar aċċettabbli. Mhux lest nistenna iżjed u għaliex se nagħmlu dawn ir-riformi ma jfissirx li se nnaqqsu r-rittmu ekonomiku. Anzi ħa nkunu qed noħolqu settur aktar sostenibbli u s-sostenibbiltà tiegħu tkun aktar għat-tul.”

Bl-Awtorità l-ġdida għall-Bini u l-Kostruzzjoni, il-Prim Ministru qal li se tingħata aktar prijorità lin-nies speċjalment dawk affettwati b’kull tip ta’ żvilupp. Fuq l-istess suġġett, Dr.Abela semma wkoll l-iskema ta’ Sigurtà f’Darek u kif din sabet il-qbil tal-Assoċċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin.

Il-Prim Ministru Abela semma wkoll l-importanza tas-sigurtà fit-toroq Maltin u Għawdxin hekk kif aċċenna għar-rapport annwali dwar il-kriminalità f’Malta, fl-2020.

“Pajjiżna rreġistra tnaqqis ta’ 2500 rapport fl-għases tagħna meta kkumparat mas-sena li għaddiet u dan juri sinjal wieħed. Li l-istrateġija ta’ prevenzjoni tar-reati qed taħdem u kif qed taħdem? Li kellna preżenza qawwija ta’ Pulizija fit-toroq tagħna, li tinvestiga r-reati partikolarment ta’ natura finanzjarja u li tagħmel il-prosekuzzjonijiet.”

Dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni, il-Prim Ministru qal li din mhux biss problema tas-sajf imma tas-sena kollha. Fil-fatt, sostna kif din ir-realtà li tant toħloq pressjoni fuq is-soċjetà tagħna tista’ tinbidel kuljum.

“Dan ix-xogħol kollu jrid jittieħed f’kuntest ta’ pandemija,” qal il-Prim Ministru hekk kif spjega li fil-Kunsill Ewropew virtwali li kellu aktar kmieni din il-ġimgħa seta’ jara r-realtajiet u l-isfidi li qed iġġib il-pandemija madwar l-Ewropa.

B’differenza f’Malta qed ngħixu realtà ta’ normalità bir-ristrezzjonijiet minkejja li qatt ma morna għal lockdown totali.

“Aħna grazzi għall-ħidma li għamilna, għax investejna fis-settur tas-saħħa ma kienx hemm mument wieħed fl-aħħar xhur fejn l-awtoritajiet u l-faċilitajiet ma laħqux mad-domanda li kien hemm.”

Dr.Abela fakkar kif jonqos biss l-aħħar ġimgħat ta’ sagrifiċċji sabiex issa pajjiżna jerġa’ jibda jaħrab ‘il quddiem ekonomikament.

Hawnekk, il-Prim Ministru appella għas-sostenn tal-Oppożizzjoni quddiem dan iż-żmien kruċjali għal pajjiżna. Dan speċjalment wara li kkritikat bi kliem dispreġġjattiv u arroganti lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.

“X’sens ta’ arroganza li inti tasal biex fuq uffiċjal pubbliku li f’dawn l-aħħar xhur tant u tant għamlet ġid għal dan il-pajjiż u li inti għal skop purament politiku tasal biex tikkonfrontaha b’dan il-mod, b’dan is-sens ta’ superjorità li tant idejjaqni. Mur ġibhom dawn in-nies kienu fil-Gvern x’kienu jagħmlu. Dan is-sens li tarah li għadu hemm b’fatt wieħed li l-Kap tal-Oppożizzjoni għadu ma ċċensurax lil Simon Busuttil. Sa llum għadni qed nistenna li jgħid kien żbaljat. Nista’ ndum nistenna għax mhux ha jiċċensurah għax l-istess pezza.

B’referenza għall-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Prim Ministru qal kif din il-ġimgħa verament deher biċ-ċar kemm huwa bla ideat hekk kif irnexxielu jagħmel reshuffle tar-reshuffle.

“Mur ġibhom kellhom jieħdu d-deċiżjonijiet li kellna nieħdu aħna fl-aħħar xhur. Immaġinakom f’pandemija, ikun hemm nies li qed imexxu li jiddeċiedu li ma jiddeċiedu qatt.”

Dr. Abela rrimarka wkoll l-intervista li kellu ftit jiem ilu Bernard Grech hekk kif wriet kemm l-Oppożizzjoni m’għandha pożizzjoni u viżjoni ta’ xejn. Dan għaliex skont il-Prim Ministru, fl-Oppożizzjoni ma hemmx għaqda.

“L-oġġettiv tagħna għaliex qegħdin fil-politika, biex għada ta’ dan il-pajjiż ikun aqwa mil-lum…Nixtiequ u rridu ntejbu l-ħajja tan-nies u għalhekk dħalna fil-politika biex nagħmlu bidla fil-pożittiv.”

Intant, il-Prim Ministru awgura lil Samantha Pace Gasan għall-ħatra tagħha bħala Kummissarju għall-Persuni b’Diżabbiltà. Qal li dan il-Gvern se jaħdem id f’id ma’ dan is-settur sabiex jibqa’ jiġi elevat ‘il fuq.

B’hekk il-Prim Ministru temm id-diskors tiegħu billi wiegħed aktar ħidma sabiex jibqgħu jiġu mbuttati ‘il quddiem l-abbiltajiet tan-nies.

“Min għandu twemmin soċjalista u aħna għandna twemmin soċjalista dak li jara, li l-ħaddiem itellgħu ‘il fuq u hemmek fejn tara l-prinċipji tal-Gvern u tal-privat jiġu flimkien sabiex inħarsu lejn viżjoni komuni għal dan il-pajjiż…Magħna tafu fejn qegħdin, id-deċiżjonijiet se nibqgħu noħduhom, tlajna b’dik il-wegħda bħala Gvern u kommessi li nibqgħu nwettquha. Aħna rridu li nibqgħu Gvern għan-nies, Gvern li jħares lejn prosperità ġdida għall-Għawdxin u għall-Maltin kollha.”

 

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
13 hours ago
Partit Laburista
RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela

RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 173
  • Shares: 20
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
17 hours ago
Partit Laburista
Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna.

Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 719
  • Shares: 64
  • Comments: 61

Comment on Facebook

Mhux hekk wara li armejtuna u taghituna b sieq .. Gej il bikki rega . Armi lemm qaziztu l alla tiklu wahidkom.

Grazzi tax xghol kollu li qijghad jghamel il partit pero isimghaw lilmenti tan nies gusti

Il-partit li jiġbed in-nies dejjem lejh. Qatt qabel ma kien hawn partit li żamm maġġoranza assoluta daqs illum. Grazzi għall-gvern u l-partit Laburista❤️🌹🇲🇹

Ara ma jigbdilkomx IL bieb mieghu GAHAN

Kien nofs t'nhar eccelenti. Prosit ta' l-innizjativa. U prosit lill-volontiera kollha.

Ahjar tifthu l bibien biex tiltaqu mal familjari tal vittmi tal konstruzjoni li tinsab bla kontroll.

Good morning ☀️

Good morning❤

Min Mmaqdar Rrid Jixtri Hommor

Mela l- kontra li qed jigri fil- Pieta 😆 🤣 😂

Minn hu armat u minn hu zarmat proset PL

Good morning ☀️

Good morning❤

Good morning❤

Well done!!

Good morning

Prosit u grazzi li tajtu din l-opportunita lil nies sabiex jigu l-CNL.

Suldati ta'l azzar fil kju

Tistaw tifthu il bieb tal bejd alija ghax qat mintom atarawni izjedd qass biex nerga nivota u tesera qas inhalasa iktar

Viva l Labour

Tistaw tifthu t twieqi ukoll ta ha tibdlu ftit larja ukoll. :)

Proset

Dawk laqas jivitaw darba ohra

Ma taghmilx differenza jifthu l.bibien

Grazzi u proset

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Open Day fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista miftuħ għall-pubbliku s-Sibt li ġej mid-09:00 sas-13:00.

Ingħaqad magħna 🔴
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 80
  • Shares: 107
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Inizzjattiva sabiha li jinghata ktieb b xejn mal membership . U Dawk li hallsu online ?

XAXQA. KEM SE TITOLBUWOM DONEJXIJN?

jekk jogħġbok ħallili messaġġ fil-privat, għandi xi affarijiet xi ngħidilkom li jistgħu jkunu ta' interess għalik

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista

Photos from Partit Laburista's post ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 22
  • Shares: 6
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Id-differenza bejn Robert Abela u Bernard Grech

Għal ħaddieħor, l-għajnuniet li jagħti l-Gvern mhumiex sostenibbli. Irid jipprova jaqtagħlek qalbek.

Id-direzzjoni tagħna hija ċara. Ingħaqad magħna.

Ċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 64
  • Shares: 41
  • Comments: 4

Comment on Facebook

God Bless

Haddiehor f' l- Opposiizzjoni kollox BABAW, Izda meta jkunu fit-TMEXXIJJA JKUNU HEMM BISS BIEX JIGU SERVUTI W MHUX BIEX JSERVU LIL POPLU MALTI.

The best

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek