Għin
lill-Partit Laburista
January 16, 2021
Gvern Laburista mhux se jieħu tgħalimiet mill-Partit Nazzjonalista dwar il-Korp tal-Pulizija.
B’diversi miżuri li ttieħdu fl-aħħar snin kien Gvern Laburista li ta d-dinjità lill-membri tal-Korp tal-Pulizija.
Dan billi ta lill-pulizija d-dritt li jissieħbu f’unjin. Wara kollox kien Gvern Laburista li daħħal ftehim settorjali ġdid li bih il-pulizija bdew jitħallsu tas-sigħat kollha fuq l-40 siegħa u daħħal skema ta’ assikurazzjoni f’każ ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol.
Il-Partit Laburista jfakkar li dan il-Gvern qed isewwi l-inġustizzji tal-passat u qed iħallas l-overtime dovut lill-pulizija li sar fi żmien Gvern Nazzjonalista, meta Beppe Fenech Adami kien parti mill-Gvern u saħansitra assistent parlamentari fil-Ministeru għall-Intern. Beppe Fenech Adami u Gvern Nazzjonalista dakinhar insistew li ma jħallsux mijiet ta’ eluf ta’ ewro f’overtime li l-pulizija kienu ħadmu.
Dan kollu juri biċ-ċar li l-Partit Nazzjonalista mhux kredibbli fuq is-suġġett u meta jitkellem b’opportuniżmu politiku jispiċċa jfakkar lill-poplu li kien dan il-Gvern li ta drittijiet ikbar lill-pulizija. Kif wara kollox ta lill-forzi tal-ordni kollha, inkluż bi ftehimiet riċenti mas-suldati u l-pumpiera. Bl-istess mod se jkompli jgħin b’iktar inizjattivi, li se jitħabbru fiż-żmien li ġej, lill-forzi dixxiplinati kollha.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.